Il-Bank of Valletta jkabbar il-fond 'Business Assist' għal €20 miljun

  • Mar 26, 2020 20:36
  • Miktub minn iNews

    Il-Bank huwa konxju ħafna mid-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw in-negozji fix-xenarju attwali tal-COVID-19. Il-Bank of Valletta jkompli juri l-impenn qawwi tiegħu f'dawn iż-żminijiet diffiċli, billi kabbar il-fond 'Business Assist' minn €10 miljun għal €20 miljun.

    Il-Bank kien proattiv ħafna biex jilqa’ it-talbiet tal-klijenti f'dawn iż-żminijiet ta' sfida. L-ewwel blokk ta’ €10 miljun diġa ġew allokati biex jassistu lin-negozji, l-aktar l-SMEs speċjalment dawk mikro u żgħar, fil-working capital tagħhom. Bank of Valletta huwa impenjat bis-sħiħ biex jintroduċi aktar miżuri fil-ġranet li ġejjin biex biex jiżgura li jkun hemm likwidita' fis-suq. Dawn il-miżuri jistgħu jinkuludu potenzjalment tkabbir ta’ dan il-fond, ovvjament jiddependi skond kif is-sitwazzjoni tevolvi.

    Il-fond ‘Business Assist’ jipprovdi 'working capital' dirett biex jappoġġja lill-klijenti kummerċjali li qed jiffaċċjaw problemi ta' cash flow. Kull każ huwa meqjus fuq il-merti tiegħu u huwa soġġett għal kundizzjonijiet ta' self. Is-self massimu għal kull klijent ma jistax jaqbeż il-€500,000 biex jiżgura li l-fond allokat ikun jista jilħaq l-akbar numru ta' negozji possibbli.

    Minbarra l-fond ta' €20 miljun, il-Bank of Valletta addotta numru ta' miżuri oħra mmirati biex jipprovdu appoġġ lil negozji bħal:

    -L-imgħax se jersaq għal Ġunju minflok f'Marzu
    -Twaqqif temporanju tal-pagamenti tal-kapital għal bejn tlett xhur u tnax-il xahar
    -Servizzi ta' finanzjament tal-kummerċ (trade finance) permezz tal-Internet Banking mingħajr spejjeż addizzjonali
    -Proviżjoni ta' direct working capital għall-klijenti li jiffaċċjaw diffikultajiet ta' cash flow

    Dawn is-soluzzjonijiet finazjarji huma meqjusa fuq kull każ partikolari. Kull faċilita' hija mfassla skont iċ-ċirkostanzi partikolari ta' kull klijent tan-negozju. Inizjattivi oħra għall-għajnuna jistgħu jiġu kkunsidrati skont l-esiġenzi partikolari tal-klijent.

    Il-klijenti tan-negozju huma mitluba jikkuntattjaw lir-Relationship Manager tagħhom tal-BOV biex jingħataw informazzjoni addizzjonali dwar kif il-Bank jista' jassisti n-negozju tagħhom. Id-dettalji ta kif wieħed jista jikuntattja l-BOV Business Centres jinstabu fuq https://www.bov.com/content/assist.

    Il-Bank qiegħed ikompli isegwi mill-viċin is-sitwazzjoni li qegħda dejjem tevolvi u se   jkompli jintroduċi miżuri ġodda biex jagħti appoġġ lill-komunità kummerċjali lokali.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook