Ambjentalist jgħid li l-virus qed jgħin l-ambjent

  • Mar 26, 2020 20:18
  • Miktub minn iNews

    L-ambjentalista magħruf Alfred Baldacchino huwa tal-fehma li l-coronavirus qed iwassal biex in-natura tieħu nifs mill-impatti negattivi li l-bniedem kien qed iħalli fuqha.

    Fi żmien fejn il-coronavirus qed tħalli impatt negattiv mill-aspett ta' saħħa, ekonomija u ħajja soċjali, madwar id-dinja ġew innutati diversi postijiet fejn l-ambjent qed jitjieb.

    In-nuqqas ta' użu ta' ajruplani u karozzi wassal biex l-arja tjiebet f'diversi pajjiżi waqt li ċertu annimali bdew jiġu osservati f'postijiet fejn soltu ma kienux jidhru.

    L-iktar eżempju riċenti kien dak ta' Venezja fejn mhux biss l-ilma fil-kanali iċċara imma ġew innutat wkoll ċinji u dniefel li daħlu f'din il-belt Taljana li soltu tkun mimlija dgħajjes u anke vapuri tal-passiġġieri.

    Mistoqsi minn dan il-ġurnal għar-reazjoni tiegħu dwar dan, Baldacchino beda biex innota li dan il-virus li lanqas jidher bl-għajnejn irnexxilu jagħmel dak li l-bniedem la qatt ried u la qatt ma kellu rieda jifhem u jagħmel.

    “Il-coronavirus poġġa lil kulħadd f'postu u waqqaf il-ġirja u l-kilba sfrenetika ta' attivitajiet li kollha kien qed ikollhom impatt negattiv fuq l-ambjent u l-biodiversità”.

    Huwa irrimarka li l-biodiversità, jew in-natura, diġà tidher li qed tieħu r-ruħ anki wara dan il-ftit żmien qasir u sostna li l-bniedem qed jara b'għajnejh li l-ħajja li qed jgħix illum, imsejsa biss fuq poter u materjaliżmu, mhux biss qed teqred il-biodiversità imma anki lilu nnifsu.

    “Kif dejjem għidt il-pjaneta, id-dinja ommna, ma għandha bżonn lil ħadd biex isalvaha. Huwa l-bniedem li jrid isalva lilu nnifsu. Dan jidher ċar bil-biża', u l-paniku li mhux biss jinħass, imma jidher sewwa wkoll. Kulħadd magħluq ġewwa daru biex isalva lilu nnifsu”. 

    Baldacchino żied li huwa fatt li biex il-biodiversità tirranġa u terġa' ssib il-bilanċ dinamiku li jippermetti l-ekosistema tkompli taħdem b'armonija ma tħaresx lejn l-uċuh jew il-kuluri jew x'pożizzjoni għandha persuna fil-ħajja.

    “U dan huwa l-prezz kbir u qares li l-bniedem irid iħallas għan-nuqqas ta' apprezzament tiegħu lejn l-ekosistema li qed twieżnu. Wieħed jittama li l-bniedem jitgħallem lezzjoni minn dan kollu u jibda' jifhem li ma jistax jibqa' għaddej b'arroganza qisu hu jikkmanda l-ekosistema. Il-bniedem huwa parti minn nisġa ekoloġika u dak li jagħmel huwa sejjer ikollu impatt fuq din in-nisġa li jkollha effett anki fuqu”.

    Baldacchino żied li huwa jittama li din l-armonija tidħol f'kull deċiżjoni li l-bniedem jieħu mhux biss biex il-biodiversità tkompli toktor imma anke biex il-bniedem stess ikun jista' jkun parti minn din l-armonija.

     

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook