“X’dispjaċir … fl-aħħar vjaġġ ma ddaħħalx fil-knisja li tant kien iħobb”

  • Mar 26, 2020 19:44
  • Miktub minn iNews

    “Dispjaċir kbir għandi. Mhu tort ta’ ħadd naf.  Imma għandi weġgħa kbira. Missieri, li tant kien iħobb lill-Madonna, ma ddaħħalx fil-knisja fl-aħħar vjaġġ tiegħu. Kemm xtaqt li jidħol għall-aħħar darba. Dan hu rimors li se jibqa’ għal ħajti kollha. Xtaqt jidħol għal aħħar darba f’dik il-knisja li tant ħabb”.

    Tieqaf u tibki. Kliem x’tgħidilha ma jkunx hemm. Din hi l-karba ta’ bint, li missierha miet fl-aħħar jiem u li minħabba deċiżjonijiet li ttieħdu biex jiġi kkontrollat il-Coronavirus, il-knejjes ingħalqu u għalhekk fil-funerali ma sarux quddies fil-knejjes.  

    Fil-każ ta’ missier din il-bint u funerali oħra li saru, mill-Isptar Mater Dei il-corteo ma marx fil-knisja għal quddiesa presente cadavere imma baqa’ sejjer dritt fiċ-ċimiterju.  Fi kliemha stess, wara li jgħaddi kollox hemm ippjanat, li ssir quddiesa għal familjari.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook