Madwar 118,000 persuna jintalbu jibqgħu ġewwa

  • Mar 26, 2020 16:45
  • Miktub minn iNews

     

    “Wieħed ma jistax jagħmel proviżjonijiet fuq in-numri ta’ ġurnata waħda biss”. Hekk beda biex jgħid il-Ministru Chris Fearne fid-dawl tal-ħames każi konfermati aktar kmieni llum.

    Spjega li kien hemm żvilupp fil-każi fejn wasalna li nidħlu f’fażi fejn it-tixrid tal-epidemija jkun predominament ibbażat fuq tixrid bi trasmissjoni lokali.

    Qal li l-miżuri li qed jittieħdu qegħdin jittieħdu skont l-istadji. Żied jgħid li qegħdin isegwu mill-qrib l-andament tal-epidemija f’pajjiżi oħra.

    Spjega li l-pajjiż qiegħed jinvesti kważi fil-limitu ta’ dak li jista’ joffri pajjiżna fejn tidħol il-kura. 

    Fearne tkellem dwar il-preparamenti f’Għawdex u qal li ordna li jiżdiedu l-ammont ta’ sodod. Dawk fl-emerġenza se jkunu qed jiżdiedu minn żewġ sodod għal għoxrin sodda.

    Rigward l-ittestjar Fearne qal li fil-bidu kienu qed isiru madwar 20 test, issa wasalna għal 400 test kuljum.

    Fearne ħabbar żewġ miżuri biex jitnaqqas ir-riskju li jinxtered il-virus:

    L-ewwel miżura, b’e ett immedjat issa l-Pulizija ta’ Malta se jkollha d-dritt tintervjeni fuq ġemgħat ta’ iktar minn 5 min-nies u tferrixhom b’mod li jkun hemm distanza ta’ 2 metri bejniethom.

    It-tieni miżura, b’effett mis-Sibt li ġej, żewġ kategoriji se jitwaqqfu b’mod assolut milli jitilqu minn djarhom. 

    -Dawn huma l-persuni kollha ta’ iktar minn 65 sena kif ukoll il-persuni b’mard kroniku; jiġifieri persuni dijabetiċi dipendenti fuq l-insulina, persuni fuq biological medicines, persuni li qed jissieltu jew li għaddew mill-kanċer jew kimoterapija fl-aħħar 6 xhur, persuni li għaddejjin minn immunosuppression bħal persuni li għamlu trapjant, persuni bl-HIV, persuni fuq dialysis, nisa tqal, persuni li għandhom mard respiratorju u fl-aħħar sena daħlu għall-kura l-isptar, persuni b’mard tal-qalb li għamlu intervent kirurġiku fl-aħħar 6 xhur, pazjenti li jattendu fil-Heart Failure Clinic u l-persuni kollha fuq oral steroids. 

    Dawn iż-żewġ kategoriji jammontaw għal iktar minn 118,000 persuna li għandhom jibqgħu d-dar f’kull ċirkostanza. Min minn dawn in-nies huwa f’impjieg m’għandux imur lanqas għax-xogħol u se jiġi o rut leave speċjali ta’ kwarantina. L-unika eċċezzjoni biex dawn il-persuni jitilqu mid-dar hija għal appuntamenti
    mediċi u emerġenza, jew fuq permess mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. Dawn huma miżuri fl-aħjar interess tas-saħħa pubblika u tas-saħħa tal-iktar nies vulnerabbli. Il-koperazzjoni ta’ kulħadd hija meħtieġa.  

    Fearne spjega li bħala ventilaturi, pajjiżna għandu 100 ventilatur, u Għawdex se jkun hemm 20 oħra. Il-Ministru spjega li minkejja li bħalissa mhix xi ħaġa faċli biex takkwista dan l-apparat, hemm 100 ventilatur ieħor ordnati. Il-ħsieb hu li jkun hawn 200 sodda attrezzati b'dan l-apparat.

    Intant bħala awtorità tas-saħħa Fearne temm bl-appell għall-pubbliku b'mod inġenerali biex iżomm distanza ta' żewġ metri bejn persuna u oħra, joħroġ biss għall-bżonn u jekk hu possibbli jagħmel eżerċizzju fiżiku filwaqt li jiddistanzja ruħu.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook