Biża' li dak li għaddiet minnu l-Lombardija se jkun qed jinfirex b'mod allarmanti fil-parti t'isfel tal-Italja

  • Mar 26, 2020 16:40
  • Miktub minn iNews

    Ir-reġjun tal-Italja l-aktar li kien milqut mill-każi tal-coronavirus ra tnaqqis sostanzjali fir-rata ta’ mwiet u infezzjonijiet iżda issa qed tikber il-biża’ li n-naħa t’isfel tal-pajjiż jibda jseħħ l-oppost.

    Skont l-aħħar ċifri mir-reġjun tal-Lombradija fit-Tramuntana tal-Italja jidher li l-epidemija tista’ tkun qed tbatti. Minkejja dan partijiet oħra fin-nofsinhar tal-Italja jidher li qed jassistu għal żieda fil-każi ta’ mwiet kawża tal-istess virus. 

    S’issa l-Italja kkonfermat 7,503 vittmi ta’ dan il-virus u mal-74,386 każ ta’ persuni infettati. Iż-żieda ta’ 7.5% fil-każijiet ġodda ta’ infezzjoni kienet lanqas waħda sa minn meta kien konfermat l-ewwel każ fil-pajjiż l-aktar affettwat fl-Ewropa.

    Is-sitwazzjoni tant hi waħda kritika li għal aktar minn ġimagħtejn kellu jingħalaq kważi kullimkien u l-poplu ntalab jibqa’ f’daru.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook