Brighton jibdew inizjattiva ta’ biljetti b’xejn lill-ħaddiema tas-Saħħa fl-Ingilterra

  • Mar 26, 2020 00:20
  • Miktub minn iNews

    Il-club tal-Premier League Ingliż, Brighton & Hove Albion, beda kampanja favur il-ħaddiema tas-Saħħa fl-Ingilterra li kontinwament qed jikkuraw lil eluf ta’ pazjenti milquta mill-coronavirus, għal biljetti b’xejn meta jitkompla l-kampjonat, bħala turija ta’ ringrazzjament li qed jirriskjaw ħajjithom quddiem il-Covid-19.

    Brighton se jallokaw 1,000 biljett hekk kif din il-kampanja hija mmirata li tilħaq il-100,000 biljett madwar l-Ingilterra kollha.

    Kelliemi għall-club ta’ Brighton sostna li l-football huwa l-aħħar suġġett li bħalissa wieħed jista’ jitkellem fuqu iżda dan huwa apprezzament u appoġġ lejn il-ħaddiema tal-NHS li fil-mument qed jitqiesu bħala eroj.

    Bosta clubs madwar il-pajjiż diġá kkonfermaw li se jingħaqdu f’din l-inizjattiva hekk kif il-football huwa sens ta’ għaqda.

     

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook