Il-GWU tilqa’ b’sodisfazzjon it-tielet pakkett finanzjarju b’inċentivi imniedi mill-Gvern

  • Mar 25, 2020 13:53
  • Miktub minn iNews

    Il-GWU tilqa’ b’sodisfazzjon it-tielet pakkett finanzjarju b’inċentivi li nieda l-Gvern ilbieraħ. Dan il-pakkett għandu jkun ta’ tama u fiduċja għall-futur. Futur li jrid ikun mibni fuq ix-xogħol.  Mill-bidu nett ta’ din il-kriżi l-GWU dejjem saħqet li kull għajnuna għandha tkun diretta lejn l-impjiegi u ż-żamma tagħhom. Il-pakkett tal-bieraħ għandu dan il-għan u kien mibni fuq din il-linja u dan il-prinċipju. 

    L-inċentivi li ssemmew ilbieraħ għandhom jiggarantixxu dħul minimu garantit lil dawk il-ħaddiema li jaħdmu f’dawk is-setturi l-aktar milquta, fosthom tal-ospitalità, ħwienet u avjazzjoni. Dan kien meħtieġ għax filwaqt li l-ewwel żewġ pakketti għenu fil-likwidità issa qed jagħti għajnuna diretta fil-paġi tal-ħaddiema.

    Il-GWU tifhem u taqbel li l-Gvern għandu jkun attent biex kull inċentiv għandu jkun wieħed sostenibbli u ma jwassalx lill-pajjiż għall-problemi finanzjarji u riċessjoni qawwija li ġġib konsegwenzi koroh fuq il-pajjiż kollu speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli.

    Dan il-patt soċjali kien frott ta’ djalogu kontinwu bejn it-Trade Unions, il-Gvern u min iħaddem. Dan huwa wkoll prova ċara li lkoll flimkien kapaċi nsibu soluzzjonijiet għal din il-kriżi temporanja. Huwa pass pożittiv u żgur mhux wieħed finali. Il-Gvern assikura wkoll li waqt din il-kriżi d-djalogu bejn il-Gvern u l-GWU bħala l-akbar għaqda tal-ħaddiema ser ikun wieħed kontinwu u miftuħ. 

    Sadanittant il-GWU ser tkun viġilanti biex tara li l-ebda employer ma jabbuża mill-impjegati tiegħu u jipprova jieħu vantaġġ mis-sitwazzjoni. Fl-istess waqt qed taħdem ukoll b’mod kontinwu mal-postijiet tax-xogħol fejn hi rappreżentata biex tara l-impatt ta’ din l-kriżi jkun mifrux fuq kulħadd.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook