AĠĠORNAT: Kamra tan-nar fiż-Żurrieq tintlaqat minn sajjetta … Ħadd ma jkun preżenti fil-ħin tal-inċident

  • Mar 25, 2020 17:18
  • Miktub minn iNews

    B’xorti tajba ħadd ma ndarab wara li sajjetta laqtet lill-kamra tan-nar tal-Karmnu fiż-Żurrieq. Inewsmalta kkonfermat ma' persuni fi ħdan is-Soċjetà tal-Karmnu li fil-mument tal-inċident ma kien hemm ħadd preżenti fuq il-post.

    Jidher li s-sajjetta laqtet kamra żgħira fejn solitament jinħażen jew jinħadem il-porvli. L-isplużjoni kkaġunata mis-sajjetta instemgħet mill-irħula tal-madwar, fosthom mill-Imqabba u l-Qrendi, b'bosta jaħsbu li kienet biss sajjetta qawwija.

    Fl-4 ta Mejju tal-1989 kien seħħ inċident simili fl-istess kamra tan-nar, meta żewġ persuni kienu tilfu ħajjithom wara li l-kumpless kien intlaqat minn sajjetta. 

    Intant hekk kif bdiet tiġri l-aħbar li l-kamra tan-nar tal-Karmnu kienet intlaqtet minn sajjetta, bosta kienu dawk li nġabru fi triq fl-inħawi fejn minn distanza bdew jiflu għal ħsarat li l-kamra setgħet ġarrbet.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook