[Coronavirus] Kemm jiswa l-ħlas ta' trattament għal kull pazjent f'pajjiżi mingħajr sistema tas-saħħa b'xejn?

  • Mar 18, 2020 11:52
  • Miktub minn Matthew Charles Zammit

    Persuni mingħajr assigurazzjoni tas-saħħa, u li jgħixu f'pajjiżi mingħajr sistema tas-saħħa b'xejn,  jistgħu jispiċċaw b'kontijiet mediċi li jaqbżu it-€22,000 ($24,178), jekk jispiċċaw ibatu minn kumplikazzjonijiet kbar tal-pulmonite, u dan ma jinkludix l-użu tal-vaċċin minħabba li għadu ma kienx ikkonfermat fis-suq. Intant, dawk iktar iffortunati u li ma jbagħtux minn kumplikazzjonjiet relatati mal-pulmonite xorta kapaċi jħarsu lejn pagamenti ta' €8,889 (jew $9,763). 

    Anke dawk il-persuni li jkunu koperti minn assigurazzjoni privata tal-ogħla kwalita, kapaċi jispiċċaw ikollhom numru ta' spejjeż ulterjuri li jkunu jridu jħallsu minn bwiethom, avolja dan huwa stmat li ma jaqbiżx l-€1,270 ($1,396) fil-maġġoranza tal-każi.

    Dan jirriżulta minn anliżi ppubblikat mill-Fondazzjoni tal-Familja Kaiser, kif ukoll iċ-Ċentru Peterson tas-Saħħa, li kien ippubblikat iktar kmieni din il-ġimgħa. L-analiżi, li tiffoka l-iktar fuq is-sistema ta' saħħa Amerikana (waħda fejn il-maġġoranza taċ-ċittadini jirrikorru għal pjan ta' assigurazzjoni medika privata, u ma teżisti l-ebda sistema ta' saħħa pprovduta universalment mill-istat) tista ttina ritratt tal-piż ekonomiku li t-tixrid ta' din il-marda tista tħalli fuq is-sistemi tas-saħħa pubbliċi kollha madwar id-dinja, fosthom dik Maltija. 

    L-analiżi turi kif il-ħlas medju ta' trattament għal persuna li jkollu kumplikazzjonijiet relatati mas-sintomi ta' pulmonite, li huwa riżultat ewlieni tal-Covid-19, huwa ta' €18,500 ($20,292), madanakollu dawn il-ħlasijiet ivarjaw minn post għall-ieħor. Fkażijiet fejn il-kundizzjonijiet ikunu inqas severi, il-ħlas medju jilħaq mal-€12,544 ($13,767), u dawk li ma jkollhom ebda kumplikazzjonijiet xorta jiffaċċjaw ħlas li jlaħħaq mal-€8,896 ($9,763).

    "Il-pagamenti mediċi huma diġa problema kbira fi ħdan l-Istati Uniti, speċjalment għal dawk il-persuni li m'għandhomx assigurazzjoni, dawk li għandhom pagamenti relatati għoljin, kif ukoll dawk li jbagħtu minn kundizzjonijiet mediċi oħra. Fil-kuntest tal-pandemija ta' Covid-19, dawn il-ħsibijiet kibru, hekk kif numru ikbar ta' persuni qegħdin jiffaċċjaw pagamenti għoljin ħafna, fi żmien fejn id-dinja kollha qegħda tiffaċċja riskju kbir ta' riċessjoni."

    Il-problemi ta' dawn il-pagamenti ma jieqfux hawnhekk: Skont rapport ippubblikat fuq l-Aljazeera, il-pandemija tal-coronavirus qegħda twassal għal numru kbir ta' persuni "biex ma jersqux l-quddiem u jiġu eżaminati, minħabba li jafu li t-trattament jirrikjedi ħlasijiet kbar. Dan kollu qiegħed jikkontribwixxi għat-tixrid tal-virus, u ttensifikat id-dibattitu politiku fi ħdan l-istati uniti għal sistema ta' saħħa b'xejn għal kulħadd."

     

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook