FILMAT: Isalvaw raġel sekondi biss qabel ma t-trakk li kien qed isuq jisplodi f'ballun ta' nirien

  • Mar 05, 2020 10:39
  • Miktub minn iNews

    Raġel Amerikan tassew għandu għalxiex ikun grat fil-konfront ta’ żewġ uffiċjali tal-Pulizija ta’ New Jersey li salvawlu ħajtu hekk kif ħarġuh mill-kabina ta’ trakk maħkum min-nirien mumenti biss qabel dan sploda.

    Jidher li l-inċident kien ikkawżat wara li x-xufier tilef il-kontroll tat-trakk u ħabat f’kolonna ta’ pont.

    Il-filmat, miġbud minn bodycam, juri lill-uffiċjal tal-Pulizija Robert Tarleton jiġri lejn it-trakk jaqbad u flimkien ma’ kollega ikaxkar lis-sewwieq, li kien mitluf minn sensih, ’il bogħod mit-trakk. Sekondi biss wara seħħet splużjoni.

    B’xorti tajba x-xufier tat-trakk sofra ġrieħi ħfief.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook