Il-kantawtur Mario Debono se jniedi ‘NOLI’, album ġdid ta’ kanzunetti bil-Malti

  • Mar 04, 2020 15:13
  • Miktub minn iNews

    Il-kantawtur Mario Debono, rebbieħ għal sitt darbiet tal-festival L-Għanja tal-Poplu, se jniedi album ġdid ta’ kanzunetti bil-Malti li hu kiteb matul il-karriera mużikali tiegħu. 

    “Fid-dinja tal-mużika teżisti realtà: hemm ħafna mużika kummerċjali ta’ livell tekniku għoli imma li tinstema’ biss għal ftit xhur u mbagħad tintesa u tmut mewta naturali”, stqarr Debono. “Din il-mużika u l-lirika tagħha ftit fiha valur, ma ttejjibx il-ħajja ta’ min jisma’ anzi tispiċċa biex taljenah jew iġġibu agħar. "

    Però, għal min jixtieq jisma’ kanzunetti b’Malti sabiħ u mirqum, ‘NOLI’ se joffri diski oriġinali, friski u attwali li jitkellmu fuq it-temi soċjali tal-lum. 

    L-istil ivarja: hemm għażla ta’ kanżunetti satiriċi, umoristiċi, riflessivi, deskrittivi, ironiċi kif ukoll poetiċi. Is-suġġetti wkoll huma varji: il-lingwa Maltija, il-familja, id-delizzji, il-qerq, ir-refuġjat, il-fidi. Il-mużika hi mibnija fuq it-tonalità li għandha l-lingwa tagħna.

    “Il-kanzunetti għandhom rilevanza soċjali qawwija u huma mmirati  bħala kontribut għal-lingwa, għall-kultura u għall-mużika Maltija. Għandhom ukoll valur edukattiv u etiku. Għandhom valur artistiku li jibqa’ jgħodd matul iż-żmien”, kompla jgħid Debono.

    Uħud mill-kanzunetti ġa jinsabu fuq CDs ta’ L-Għanja tal-Poplu u ndaqqu diversi drabi fuq radjijiet lokali u f’serati mużikali. Meta tkantaw f’diversi okkażjonijiet, fosthom kunċert li sar fiċ-CAK fl-2004 u li għalih attendew 500 ruħ, dejjem intlaqgħu tajjeb mill-udjenza. 

    Il-kanzunetti jappellaw għall-pubbliku in ġenerali li jħobb il-kanzunettiabil-lingwa Maltija, kif ukoll għalliema, b’mod partikulari dawk li jgħallmu l-mużika, il-Malti, l-etika, ir-reliġjon u l-PSD u li jistgħu jużawhom bħala stimolu għal diskussjoni, studenti, membri tal-għaqdiet tal-Malti, mużiċisti, kantawturi, għannejja u riċerkaturi, fosthom dawk li l-oqsma tal-istudji tagħhom jinkludu l-Malti, il-folklor, il-lingwistika, l-etika, is-soċjoloġija. Is-songs mhumiex kummerċjali u tal-konsum imma jagħmlu parti mit-tradizzjoni tal-kantawturi li jippruvaw jiktbu lirika bis-sens u bil-ħsieb.

    ‘NOLI’ ser ikun fih 20 kanzunetta oriġinali u ktejjeb tal-lirika stampat jew PDF, u disponibbli kemm fuq CD kif ukoll fuq USB.

    Għat-tnedija ta’ ‘NOLI’ huwa mistieden kulħadd u d-dħul b’xejn. It-tnedija se ssir fil-15 ta’ Marzu 2020ġewwa l-Project House, il-Furjana. Wara kunċert qasir ikun hemm riċeviment ċkejken. Il-qligħ imur għad-Dar tal-Providenza. Parking b’xejn ukoll.

    Ftit jiem wara se jkun hemm ukoll Masterclass fl-istess post u fl-istess ħin, indirizzata għal min jixtieq ikun jaf kif inkitbu l-kanzunetti tal-album u forsi jitħajjar jikteb hu wkoll.. Fiha Mario jaqsam l-esperjenza tiegħu ta’ 43 sena jikteb il-kanzunetti, kif ukoll intervista ma' Mario minn Manwel Mifsud u djalogu man-nies li huma mitluba jieħdu sehem attivament.

    Min bi ħsiebu jiġi huía mitlub jikkonferma billi jibgħat SMS fuq 99834730 sat-22 ta’ Frar, u jispeċifika għal liem avveniment ġej.

    Min jixtieq jara videos mużikali ta’ Mario Debono jista’ jfittex https://www.youtube.com/watch?v=hRuTxFcrWIQ u https://www.youtube.com/watch?v=-sKRf_5Yuhw 

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook