Football tat-Tfajliet: Malta tegħleb lil Azerbaijan

  • Fra 27, 2020 00:58
  • Miktub minn iNews

    Fl-aħħar partita mill-UEFA Development Tournament tat-Tfajliet li ġie organizzat fis-Centenary Stadium, it-team nazzjonali Malti ta’ Taħt is-16-il sena, immexxi mill-coach  Dionne Tonna, ipproduċa wirja mill-aqwa u meritatament għeleb lil Azerbaijan bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals għall-Maltin jaslu wieħed f’kull taqsima. Kienet il-captain Alexandra Gatt li, fl-24 minuta, fetħet l-iskor minn penalty wara li Sarah Vella Barbieri ġiet imwaqqa’ mill-goalkeeper avversarja.

    It-tieni goal wasal fis-70 minuta, minn kanunata ta’ Gaia Antonelli minn tarf il-kaxxa li spiċċat fir-rokna tas-saqaf tax-xibka.

    Din kienet it-tieni rebħa minn tliet logħbiet bl-oħra tasal kontra Ġibiltá bl-istess skor wara li fl-ewwel partita l-Maltin sfaw megħluba mill-Iskozja bl-iskor ta’ 4-0.

    Il-formazzjoni Maltija kienet: Justyne Caruana, Martina Fenech, Alexandra Gatt, Rhea Borg, Eunice Micallef, Georgiana Mifsud, Gaia Antonelli, Michaela Cachia, Hannah Khatib, Ileana Farrugia, Sarah Vella Barbieri.

    Sostituti: Sabrin Bilhi, Iulia Mifsud, Federica Zahra.

     

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook