Coronavirus: Sitt partiti tas-Serie A bil-bibien magħluqa

  • Fra 27, 2020 00:54
  • Miktub minn iNews

    Xejn inqas minn sitt logħbiet tas-Serie A li għandhom jintlagħbu fi tmiem il-ġimgħa li ġej se jsiru fil-bibien magħluqa nkluż il-konfront għar-rebħ tal-Iscudetto, Juventus kontra Inter tal-Ħadd li ġej.

    Il-Ministru tal-Isports, Vincenzo Spadafora, ikkonferma li l-logħbiet tas-26 ġurnata tas-Serie A fiż-żoni effettwati mill-coronavirus se jintlagħbu bil-bibien magħluqa.

    “Il-miżuri li jipprojbixxu kwalunkwe avvenimenti diġá jinsabu fis-seħħ sa nhar il-Ħadd li ġej,” qal Spadafora. “Inizjalment għal Lombardia, Veneto u Piemonte ... u  issa estendejniha wkoll sa Friuli Venezia Giulia, Emilia Romagna u Liguria.

    “F’dawn ir-reġjuni, il-projbizzjoni tal-avvenimenti sportivi tibqa’ u għal xi avvenimenti tajba hemm id-disponibbiltá li dawn isiru bil-bibien magħluqa.”

    Il-Ministru tal-Isports żvela li l-kumplament se jsir kif ippjanat hekk kif il-miżuri ma ġewx estiżi għall-kumplament tal-Italja minħabba li l-kundizzjonijiet biex nieħdu dawn il-miżuri serji ma jeżistux.”

    Dan ifisser li l-logħba ferm mistennija bejn Juventus u Inter se tintlagħab bil-bibieb magħluqa u mingħajr spettaturi.

    L-ewwel logħba li se tintlagħab bil-bibien magħluqa se tkun dik bejn Inter u Ludogorets fi stadium vojt meta n-Nerazzurri se jospitaw lit-team Bulgaru fl-Europa League għada l-Ħamis.

    Is-sitt logħbiet tas-Serie A li se jintlagħbu bil-bibien magħluqa fi tmiem il-ġimgħa li ġej huma:

    Udinese v Fiorentina; Milan v Genoa; Parma v Spal; Sassuolo v Brescia; Juventus v Inter, kollha l-Ħadd li ġej kif ukoll Sampdoria v Hellas Verona li se ssir nhar it-Tnejn.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook