Bosta jerħulha għax-xiri u jsibu xkafef battala

  • Fra 25, 2020 15:55
  • Miktub minn iNews

    Wara li l-midja kompliet tirrapporta dwar it-tifrix tal-coronavirus fl-Italja, b'żewġ każi ġodda f'Firenze u f'Palermo, jidher li żdiedet il-biża' li l-virus jista' jirnexxielu jidħol anke f'pajjiżna.

    Xhieda ta' dan huma l-ixkafef vojti tas-supermarkets madwar il-pajjiż hekk kif bosta kienu dawk li erħewlha biex jixtru l-affarijiet l-aktar neċessarji bħalma huma għaġejjen, ħalib, toilet paper fost affarijiet oħra.

    Inewsmalta tkellmet ma' waħda mill-kaxxiera li qalitilna li l-bejgħ ma waqafx sa minn dalgħodu u li l-affarijiet li qegħdin jinħatfu juru biċ-ċar li l-biża' hija ċara. Qalitilna li kien hemm persuni li dehru saħansitra aktar minn darba jixtru fl-istess ġurnata u li t-trolleys qegħdin ikunu ppakkjati ferm aktar mis-soltu.

    Intant fi stqarrija maħruġa mill-uffiċċju tal-Ministru għas-Saħħa kkonferma li għad m'hawn l-ebda każ tal-virus f'pajjiżna u ssuġġerixxa li dak li jkun jevita li jsiefer bla bżonn f'ċertu destinazzjonijiet.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook