Linji gwida dwar il-piż u l-ġarr ta’ basktijiet tal-iskola

  • Fra 25, 2020 14:37
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Dr Owen Bonnici nied il-linji gwida dwar il-piż u l-ġarr ta’ basktijiet tal-iskola. Dawn il-linji gwida qegħdin fil-proċess ta’ konsultazzjoni, proċess li huwa miftuħ sal-aħħar ta’ April 2020.

    “Waħda mill-miżuri tal-baġit tal-2020 tħares lejn il-piż tal-basktijiet tal-iskola, kwistjoni a li ilha magħna mill-inqas għal dawn l-aħħar għoxrin sena u jeħtieġ li din tiġi ndirizzata,” qal il-Ministru Dr Owen Bonnici waqt it-tnedija. “Huwa essenzjali li niżguraw li nieħdu ħsieb lis-studenti tagħna, u permezz tal-pubblikazzjoni ta’ dawn il-linji gwida nistgħu inkomplu naħdmu lejn pjan ħolistiku mmirat għall-benesseri tal-istudenti tafħna. Piż eċċessiv fil-basktijiet tal-iskola jista’ jkollu impatt negattiv fuq id-dispożizzjonijiet u s-saħħa tat-tfal u huwa għalhekk li d-Direttorat tas-Servizzi Edukattivi ħareġ b’dawn il-linji gwida sabiex l-iskejjel, l-istudenti u l-ġenituri jkunu jistgħu jirrimedjaw din il-kwistjoni,” kompla jgħid il-Ministru Dr Owen Bonnici.

    Riċerka li kienet twettqet mill-Assoċazzjoni tal-Fiżjoterapisti Maltin b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Pedjatrija tal-Isptar Mater Dei u l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol indikat li l-maġġoranza  tal- istudenti  mill-kampjun rappreżentattiv li ħadu sehem f’dan l-istudju kienu qegħdin jerfgħu piż li  jaqbeż  dak rakkomandabbli.  

    Dan l-istudju, li sar fost studenti li huma bejn it-8 u t-13-il sena, indika li aktar minn 70% tal-parteċipanti kienu qegħdin jerfgħu basktijiet li jaqbeż il-piż rakkomandat b’10% tal-piż tagħhom stess. 

    Studji oħra li saru mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol urew x’jagħmel il-basket tqil, u fosthom kien hemm il-ġarr ta’ kotba tal-iskola segwit minn files u fliexken tal-ilma. Għalhekk, tfassal programm tal-istallar tad-drinking water fountains kif ukoll ta’ lockers fl-iskejjel (statali).

    Il-linji gwida ppubblikati għandhom l-intenzjoni li jkomplu jżidu aktar għarfien fuq il-kwistjoni nnifisha, u biex jipprovdu indikazzjonijiet konkreti ta’ kif għandha tiġi indirizzata din il-kwistjoni. L-iskejjel u l-edukaturi qed jiġu nkoraġġuti li jsegwu l-linji gwida.

    Il-linji gwida huma maqsuma fi 3 sezzjonijiet, waħda għall-iskejjel, oħra għall-istudenti tal-iskejjel primarji u sekondarji, u oħra għall-ġenituri.

    L-iskejjel huma nkoraġġuti li jużaw timetable u jippruvaw li jkollhom lezzjonijiet fi kmamar qrib xulxin jekk it-tifsila tal-iskola tippermetti. Minflok iġibu fajls – qiegħed jiġi rrakomandat li l-istudenti jġorru karti farrada mdaħħlin f’folders tal-plastik ħfief u jiħu mgħallma kif jinqdew bihom sew. L-għalliema huma nkoraġġuti li jevitaw li jqassmu materjal mehmuż f’daqqa ta’ sena sħiħa, u jagħmlu użu mit-teknoloġija diġitali.

    Il-lockers jgħinu biex jonqos it-toqol mill-basket tal-iskola, kif ukoll il-water drinking fountains, jekk dawn ikunu installati f’postijiet xierqa li faċilment jiġu sorveljati. L-iskejjel huma inkoraġġuti li joħolqu politika tagħhom dwar il-kwistjoni.

    L-istudenti huma nkoraġġuti li jevitaw li jieħdu kotba magħhom l-iskola li ma jkollhomx bżonn u li jpoġġu t-tablet fil-bagalja ż-żgħira pprovduta apposta. Il-linji gwida jagħtu wkoll pariri lis-studenti fuq kif jippakkjaw il-basket tagħhom billi jqiegħdu l-itqal oġġetti l-eqreb kemm jista’ jkun tad-dahar u ma jġorrux oġġetti mhux neċessarji.

    Il-ġenituri huma nkoraġġuti li jevitaw kaxex tal-ikel kbar, li jiċċekjaw it-timetable tat-tfal biex dawn ma jieħdux affarijiet żejda magħhom u li jfittxu kotba tal-iskola użati jew kotba li diġà nxtraw minn familjari biex iżommuhom id-dar, b’hekk l-istudenti jkunu jistgħu jżommu kopja l-iskola. Huma wkoll inkoraġġuti li jixtru basktijiet iddisinjati sew u jgħinu lit-tfal jaddotaw mod ta’ rfigħ korrett.

    Il-linji gwida tista’ tarahom minn hawn: https://education.gov.mt/en/Pages/Guidelines-Weight-Schoolbags.aspx

    Suġġerimenti dwar il-linji gwida għandhom jintbagħtu fuq raymond.j.camilleri@gov.mt

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook