“L-ebda każ ta’ coronavirus f’pajjiżna ... Evita dawn id-destinazzjonijiet” - Il-Ministru tas-Saħħa

  • Fra 25, 2020 14:10
  • Miktub minn iNews

    Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa fl-aħħar ħin qal li fil-mument m’hawn l-ebda każ ta’ coronavirus f’pajjiżna. L-istqarrija tgħid li l-vorus infirex f’diversi pajjiżi u minħabba s-sitwazzjoni l-awtoritajiet se jkunu qegħdin iżidu s-sorveljanzi.

    Persuni li għandhom riħ, sogħla jew jaqtgħu nifishom sa ġimagħtejn wara li jżuru ċ-Ċina, Hong Kong, Singapor, il-Ġappun, l-Iran, il-Korea t’Isfel jew it-Tramuntana tal-Italja (bħalma huma Lombardija, Piedmont, Veneto u l-Emilia-Romagna għandhom l-obbligu li jikkuntattjaw lit-tabib tal-familja u lill-awtoritajiet tas-saħħa fuq 21324086.

    L-ewwel u qabel kollox dawn il-persuni m’għandhomx iżuru ċentri tas-saħħa. L-awtoritajiet ħeġġew ukoll lill-pubbliku biex jevita li jivjaġġa bla bżonn f’dawn il-postijiet imsemmija.

    Fost suġġerimenti li wieħed għandu jinnota biex jippreveni mill-mard dak li jkun għandu jaħsel idejh aktar ta’ spiss, iżomm lura milli jmur għax-xogħol jew l-iskola f’każ ta’ mard u filwaqt li jintużaw tissues f’każ ta’ għatis, dawn għandhom jintremew immedjatament biex ma jinxteridx il-mard.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook