[AĠĠORNAT] Żewġ Naplitani jinżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti mixlijin b'serq ta' arloġġ tal-idejn

  • Fra 25, 2020 10:54
  • Miktub minn iNews

    Żewġ Taljani minn Napli qed jinżammu taħt arrest b'rabta ma' serqa ta' arloġġ tal-idejn bil-Pulizija qed tfittex tnejn oħra li setgħu kienu involuti.

    Daniele Landolfi ta' 30 sena kien mixli li fit-23 ta' Frar  li għadda f'Tas-Sliema seraq l-arloġġ b'dannu għal Malcolm Soler waqt li Francesco Tanzi ta' 38 sena ġie akkużat b'kompliċita fl-istess każ.

    It-tnejn li huma kienu mixlijin li kienu involuti fi grupp b'intenzjoni li jagħmel reat kriminali kif ukoll li saqu mutur kull wieħed mingħajr ma kellhom polza tal-assikurazzjoni.

    Għalkemm wieġbu li ma kienux ħatja l-avukati tagħhom Roberto Montalto u Noel Bartolo nfurmaw lill-Maġistrat Neville Camilleri li ma kinux se jitolbu għall-ħelsien mill-arrest.

    Il-prosekuzzjoni f'dan il-każ qed titmexxa mill-Ispetturi Fabian Fleri, Lydon Zammit u Jonathan Ransley.

    Qabel: Żewġt irġiel Taljani ta’ 30 sena u ta’ 37 sena se jkunu qegħdin jitressqu l-Qorti għall-ħabta ta’ Nofsinhar quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Neville Camilleri.

    Huma se jkunu akkużati fuq serqa li seħħet f’Tas-Sliema l-Ħadd li għadda u reat kriminali fost l-oħrajn.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook