Delia jerġa’ jitlob lill-Gvern biex iwaqqaf il-kuntratt ma' Steward Healthcare

  • Fra 25, 2020 10:50
  • Miktub minn iNews

    F'konferenza stampa, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia reġa’ talab lill-Gvern biex iwaqqaf il-kuntratt ta' konċessjoni tat-tliet sptarijiet mogħti lil Steward Healthcare, li oriġinarjament kien mogħti lil VGH: “Il-Gvern irid iwaqqaf il-kuntratt minnufih; inkella, irid jerfa’ r-responsabbilità.”

    Delia ddeskriva lill-Gvern bħala “wieħed maqsum fuq dan il-kuntratt: fuq naħa, għandek lill-eks Prim Ministru li qiegħed jiżbriga personalment, mhix għan-nom tal-poplu Malti, imma għal poplu ta' dawk li qegħdin jisirqulna l-miljuni, u qiegħed jitlob li nħallsu ammont ikbar fis-sena. Min-naħa l-oħra għandek lid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne jisħaq li dan il-kuntratt, kbir kemm hu kbir, għandu jitwaqqaf. Imbagħad għandek lill-Prim Ministru Robert Abela maqbud fin-nofs.”

    "M'hemmx bżonn investigazzjoni biex tara li minn dawk l-allegat miljuni li ntefqu fuq dawn l-isptarijiet, fil-verita ma ntefaq xejn, għaliex ma sar l-ebda xogħol ħlief xi ftit tikħil u tibjid. Jekk taraw id-dokumentazzjoni ta' valutazzjoni tal-għażla tal-Vitals, jirriżulta li l-investiment li kellu jsir, kellu jinkludi eluf ta' impjiegi, sodod, u investiment infrastrutturalli. Ma sar xejn."

    Delia saħaq li anke l-Ministru tal-Finanzi huwa direttament risponsabbli, "minħabba li huwa għandu r-responsabbiltà aħħarija taċ-ċavetta għall-flus ta' Malta hija f'idejh. Il-Ministru tal-Finanzi deherlu jibgħatilna ċekk ta' €30 kuljum, pero kieku naqbdu l-ammont ta' flus li nsterqu f'dan il-kuntratt, kieku kull persuna kienu jieħu lura mal-€400."

    “Bejn Fearne u Abela, għanda wieħed li qiegħed jitkellem pero m'għamel xejn, u l-ieħor li għadu qed jaħseb pero’ xorta m'għamel xejn. B'dak li nafu, diġa’ ħareġ biżżejjed, u għandna ċ-ċertezza issa li l-poplu Malti qiegħed jinsteraq.”

    Mistoqsi fuq l-allegat ħlas ta' €100 miljun li l-Gvern huwa dovut jagħti lil Stewards jekk il-kuntratt huwa terminat b'mod unilaterali, Delia saħaq li, “jekk ill-kuntrattur irid jagħmel l-obbligi tiegħu biex jiskattaw l-obbligi tal-Gvern. Jekk il-kuntratturi qatt m'għamel l-obbligi tiegħu, il-kundizzjonijiet l-oħra ma jiskattawx.”

     

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook