L-ebda indikazzjoni ta' ċirkostanzi suspettużi fil-mewt ta' Ġanni Attard

  • Fra 25, 2020 07:55
  • Miktub minn iNews

    Ġanni Attard ta’ 72 sena nstab mejjet ilbieraħ filgħodu fiċ-ċella tiegħu. Attard kien qiegħed iservi sentenza ta' għomor il-ħabs wara li nstab ħati ta' kompliċità fil-qtil ta' Fortunata Spiteri fl-2001.

    Sorsi qrib il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sostnew ma’ inewsmalta li mill-ewwel indikazzjonijiet, jidher li l-mewt ta' Attard kienet waħda naturali u li ma kien hemm ebda evidenza ta' ċirkostanzi suspettużi. 

    Madanakollu, il-ġisem tal-mejjet ittieħed l-isptar Mater Dei għall-awtopsja, u l-Maġistrat Inkwerenti Joe Mifsud fetaħ inkjesta maġisterjali relatata mal-mewt.

    Attard kien eks-xufier ta' karozza tal-linja, u kien akkużat li kien il-moħħ wara l-qtil ta' Spiteri, flimkien ma' Gużeppi Farrugia u Benny Attard, magħruf bħala l-Ħaxxiex. 

    Farrugia laħaq miet qabel ma beda l-ġuri kontrih, filwaqt li dan tal-aħħar ammetta l-involviment tiegħu fil-qtil, u kien kkundannat għal 30 sena ħabs. Il-Muħa kien appella is-sentenza, pero il-Qorti tal-Appell ċaħdet it-talba tiegħu.

    Fix-xhieda tal-ġuri, nstema kif Ġanni Attard kien offra lil Benny Attard Lm5,000 (ekwivalenti għal madwar €11,000) biex jakkumpanjah lejn triq imdallma f'San Lawrenz, fejn dak il-ħin Spiteri kienet qegħda taqdi d-dmirijiet tagħha bħala gwardjana lokali. 

    Kien hawnhekk li Ġanni Attard, li kien liebes maskra bħal dik użata fil-film "Scream", lemaħ u resaq lejn Spiteri, beda jerfa idu fuqha, u spiċċa biex ta sitt daqqiet ta' sikkina, fosthom waħda fatali li laqtet arterja prinċipali viċin il-qalb. Hija ppruvat taħrab mill-aggressjoni u waslet sal-karozza tagħha, pero tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla ma' ħajt tas-sejjieħ. Eventwalment, kienu żewġ familji li lemħu lill-vittma bilqegħda fil-karozza tagħha, bid-demm ħiereġ minn ħalqha u b'idejha fuq moħħha.

    Fil-karozza ma' Benny Attard fil-ħin tad-delitt kien hemm ukoll Farrugia, kif ukoll Maria Attard, oħt Benny, b'din tal-art ma nstabet ħatja tal-ebda reat. Fix-xhieda tiegħu, Benny Attard saħaq li huwa qatt ma rċieva l-ammont imwiegħed minn Ġanni Attard.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook