Skandli finanzjarji fil-Vatikan … allegat użu ta’ kumpanijia f’Malta għall-frodi

  • Fra 25, 2020 07:30
  • Miktub minn Melvin Farrugia

    Matul din il-ġimgħa, uffiċjali tal-Vatikan wettqu rejd fuq id-dar u l-uffiċċju tal-Monsinjur Alberto Perlasca, li hu l-ogħla prosekutur fl-ogħla qorti Ekkleżjastika u uffiċjal veteran fis-Segretarjat tal-Istat tal-Vatikan. Il-Pulizija tal-Vatikan ġabru dokumenti u kompjuters għall-investigazzjoni, li minnhom qed toħroġ informazzjoni fejn qed jiġi allegat li ntużat anke kumpanija f’Malta biex jitwettqu l-frodi. 

    Dan ir-rejd kien l-aħħar wieħed minn sensiela ta’ stejjer li qajmu dubju dwar l-użu tal-flus tal-Vatikan. Fost l-oħrajn, jissemmew allegazzjonijiet dwar ħlas ta’ proprjetajiet f’Londra, shell companies, pajjiżi li huma meqjusa bħala tax havens, fondi ta’ investimenti dubjużi u banek li spiċċaw magħluqin fl-Italja u fl-Iżvizzera. 

    Jidher li għalkemm kull skandlu kien ikkomplikat bil-mod tiegħu, xorta waħda kien hemm involviment ripetutu ta’ istituzzjonijiet u individwi li jissuġġerixxu li dawn l-iskandlu jistgħu jkunu konnessi ma’ xulxin. 

    Perlasca hu l-ħames uffiċjal tas-Segretarjat tal-Istat tal-Vatikan li ġie fil-mira tal-investigaturi tal-Vatikan. Erba’ membri oħra ġew sospiżi f’Ottubru li għadda, flimkien mad-Direttur tal-Awtorità Finanzjarja tal-Vatikan, b’rabta ma’ investigazzjoni dwar l-investimen ta’ mijiet ta’ miljuni ta’ ewro fl-iżvilupp ta’ bini f’Londra. Jidher li r-rejd lil Perlasca seħħ minħabba informazzjoni li nkisbet mill-uffiċjali li ġew sospiżi f’Ottubru. 

    Tnejn minn dawn l-uffiċjali sospiżi f’Ottubru jidher li kienu diretturi f’kumpanija f’Londra li permezz tagħha s-Segretarjat tal-Vatikan kien jikkontrolla l-proprjetà f’Londra. Bejn l-2014 u l-2018 din il-binja nxtrat f’numru ta’ fażijiet mingħand negozjant Taljan li kien jimmaniġġja $200 miljun tal-istess segretarjat permezz tal-kumpanija tiegħu. Jidher li minn dawn il-fondi n-negozjant kien jixtri ishma f’kumpaniji oħra li kienu jħallsu l-investimenti personali tiegħu, waqt li jitolbu miljuni ta’ ewro mingħand il-Vatikan għall-immaniġġjar tal-fondi. 

    Barra minn hekk, l-istess negozjant kien juża l-fondi tal-Vatikan biex iħallas din il-binja f’Londra. Jidher li l-Vatikan ħallas mal-€180 miljun għal kważi nofs il-binja u dan permezz ta’ allegat self minn żewġ banek Żvizzeri, xi ħaġa li tmur kontra r-regoli finanzjarji tal-Vatikan. 

    Jidher li mbagħad fl-2016 is-Segretarjat tal-Istat ipprova jixtri l-kumplament tal-proprjetà mingħand dan in-negozjant li kompla qala’ iżjed miljuni mill-bejgħ tagħha. Fl-investigazzjonijiet sar magħruf ukoll li apparti dan in-negozjant, ġie mqabbad ieħor biex tinxtara l-binja kollha kemm hi u anke dan għamel il-profitt. Dan l-istess negozjant jinsab investigat mill-awtoritajiet Taljani fuq allegati frodi ta’ miljuni f’kumpaniji oħra. 

    Jissemma li l-maniġer ta’ din il-proprjetà li nxtrat f’Londra kien sid u ċermen ta’ kumpanija tal-iżvilupp tal-proprjetà f’Ruma, filwaqt li kien ukoll direttur ta’ diversi kumpaniji oħra. Din il-kumpanija tal-iżvilupp kienet ġiet irrejdjata mill-Pulizija tal-Finanzi Taljani fuq frodi, sottomissjonijiet foloz ta’ flus u kontijiet foloz. Magħha kienu ġew irrejdjati 13-il kumpanija oħra, li fosthom hemm kumpanija b’konnessjonijiet f’Malta u li allegatement qiegħda tiġi mfittxija mill-Bank tal-Vatikan għal miljuni ta’ ewro f’investimenti. 

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook