85 pazjent jistennew trapjant tal-kliewi

  • Fra 23, 2020 20:21
  • Miktub minn iNews

    Ħamsa u tmenin persuna li jbatu minn kundizzjoni fil-kliewi huma reġistrati bħala li qegħdin jistennew li jsirilhom trapjant u allura jistennew donatur. Sadanittant tul din is-sena għaxar pazjenti oħrajn mistennijin li tkun saritilhom l-operazzjoni tat-trapjant peress li d-donatur tal-organu huwa ħaj.

    Madwar sentejn u nofs ilu kien sar investiment finanzjarju qawwi ħafna fid-Dipartiment tar-Renal Unit fl-Isptar Mater Dei li ġie mgħammar bi 32 magna li jnaddfu d-demm ta’ persuni b’mard fil-kliewi, servizz medikament magħruf bħala haemodialysis. Fil-preżent in-numru ta’ pazjenti b’kundizzjoni fil-kliewi jammonta għal madwar 300 b’aktar minn 200 minnhom jingħataw is-servizz tad-dialysis, servizz li jvarja minn tnejn sa tliet sessjonijiet fil-ġimgħa b’kull sessjoni tkun ta’ madwar erba’ sigħat.

    Fir-Renal Unit tal-Isptar Mater Dei n-numru ta’ kemm isiru dialysis ivarja minn 65 għal 92 servizz kuljum peress li hemm ġranet fejn is-servizz jingħata fuq 12-il siegħa u hemm ġranet oħrajn fejn is-servizz ikun mifrux fuq 20 siegħa kuljum. Ammont sostanzjali ieħor ta’ pazjenti jingħataw trattament ta’ dialysis fid-dar tagħhom filwaqt li pazjenti li jkunu rikoverati f’taqsimiet oħra tal-Isptar Mater Dei, bħalma hija l-ITU, CICU, SAMOC u Mard Infettiv jingħatalhom it-trattament fil-post fejn ikunu rikoverati.

    Mitlub jikkummenta minn dan il-ġurnal id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li “l-investiment li għamilna fl-introduzzjoni ta’ dawn it-32 magna fisser kambjament kbir għall-pazjenti li jagħmlu użu minnhom. Dan minħabba l-fatt li t-trattament mogħti huwa wieħed superjuri ħafna għal dak ta’ qabel, tant li dawk l jissejħu side effects huma inqas milli kienu jkunu qabel. Fir-rigward tan-numru ta’ pazjenti li qegħdin jistennew trapjant tal-kliewi dan juri kemm huwa ġest nobbli li wieħed jirreġistra ruħu bħala donatur tal-organi, u kemm huwa ta’ sodisfazzjon li naraw li n-numru ta’ donaturi qiegħed dejjem jiżdied.”

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook