Il-GWU tirreġistra tilwima industrijali mad-Dipartiment tad-Dwana

  • Fra 23, 2020 17:24
  • Miktub minn iNews

    Il-General Workers’ Union irreġistrat tilwima industrijali mad-Dipartiment tad-dwana li jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Finanzi minħabba nuqqas ta’ progress u minħabba l-fatt li l-Union għad ma ratx risposti ċari fuq il-proposti tagħha. 

    Il-GWU tiddjara li jekk it-tilwima ma tiġix solvuta fi żmien tmien ijiem ta’ xogħol qed tirriżerva d-dritt tagħha li tieħu azzjonijiet industrijali.

    Il-GWU tinnota li f’laqgħa li kienet saret bejn il-Ministeru u l-Union kien intqal tajjeb, li kompliment huwa prerogattiva tal-maniġment u d-diskussjonijiet rigward il-ftehim ta’ darba biss m’għandhomx ikunu “diskussi” peress li l-ftehim settorjali jindirizza u jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema.

    Apparti li kien intlaħaq qbil biex il-ftehim ta’ darba jiġi ikkunsidrat null u bla effett, kien ġie miftiehem ukoll li l-ftehim tal-1995 ma kienx għadu relevanti għad-dmirijiet u kundizzjonijiet attwali u l-ftehim settorjali l-ġdid kellu l-ħtieġa biex jindirizza dawn ir-rekwiżiti attwali u futuri.

    F’laqgħa oħra l-GWU ddiskutiet u ppreżentat il-proposti tagħha. Ħafna mill-proposti jindirizzaw in-nuqqas ta' aderenza mal-PSMC, li l-entitajiet tas-servizz pubbliku kollha għandhom jirrispettaw. Il-GWU ressqet ukoll proposti li jinkoraġġixxu lis-servizz doganali u uffiċjali tas-sisa.

    Il-GWU tinnota li kienu għaddejjin diskussjonijiet rigward tali ftehim settorjali u l-aħħar laqgħa li saret kienet fil-11 ta' Novembru. Il-GWU kienet qed titlob għal laqgħa oħra wara l-imsemmija laqgħa iżda baqgħet ma saritx. Ġie nnutat li l-Amministrazzjoni ppreżentat struttura għal rekluti ġodda u impjegati fis-servizz iżda naqset milli tippreżenta proposta għal inċentiv fl-uffiċjali tas-servizz. Barra minn hekk, il-GWU tinnota li l-proposti li jindirizzaw l-aderenza mal-PSMC ma ġewx implimentati.

    Intant riċentement, is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Finanzi wieġeb lill-GWU fejn qal li se jagħmel mill-aħjar li jista' fir-rigward tal-ftehim settorali għal customs and excise class, kif ukoll jipprovdi data għal laqgħa.

    Is-Segretarju tat-taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi Kendrick Bondin sostna li minn naħa tas-sezzjoni GWU, qed jiristu biex jintlaħaq dan il-ftehim u ma jkomplix jieħu fit-tul.  “Il-kundizzjonijiet u benefiċċji ta' dawn il-ħaddiema għandhom jirriflettu d-dmirijiet tagħhom li evolvew sew mill-aħħar ftehim settorali li sar.  Tassew qed jagħmlu xogħol siewi u kuljum jaffaċjaw nies li allegatament jkunu se jdaħħlu affarijiet mhux permessibli ġewwa pajjiżna,” temm jgħid Bondin.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook