Mixli b'attentat ta' serq fl-appartament faċċata ta' fejn kien qiegħed jikri

  • Fra 23, 2020 14:27
  • Miktub minn iNews

    Mahdi Mohammed, Libjan ta' 37 sena, tressaq il-Qorti akkużat b'attentat ta' serq minn appartament ġewwa l-Ħamrun, liema attentat ma rnexxiex wara li t-tlett residenti ġewwa l-appartament sabu lill-akkużat u żammewh arrestat sakemm ma ġew il-Pulizija. 

    Mohammed kien akkużat ukoll li kien qiegħed iġorr strumenti bil-ponta, filwaqt li kkommetta dan ir-reat ta' attentat ta' serq waqt li kien għadu fil-perjodu operattiv ta' sentenza sospiża preċedenti. L-akkużat ma weġibx ħati tal-akkuża miġjuba kontrih.

    L-akkużat, li kien megħjun mill-avukat tal-għajnuna legali Benjamin Valenzia, saħaq li huwa pprova jidħol fid-dar minħabba li ma kellux post fejn joqgħod, u li kellu bżonn post fejn jorqod bil-lejl minħabba l-kesħa. Huwa saħaq ukoll li sa ftit jiem qabel ma seħħ ir-reat, kien qiegħed jikri l-appartament faċċata, pero tkeċċa minn hemm wara li kellu argument mas-sid.

    L-akkużat inżamm arrestat. Il-Maġistrat Joe Mifsud ippreseda l-każ.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook