“Ħafna mill-vjolenza hija miġbura f’kuntest ta’ silenzju”

  • Fra 22, 2020 19:00
  • Miktub minn Maria Azzopardi

    Terapista tal-familja jisħaq li titfa’ n-nies il-ħabs mhux biżżejjed biex tipprevjeni l-vjolenza domestika; bżonn li nifhmu sew id-differenzi bejn is-sessi…

    It-terapista tal-familja Charlie Azzopardi sostna magħna li fil-kuntest biex wieħed jipprevjeni l-vjolenza domestika, inkluż il-qtil, mhux biżżejjed li titfa’ lill-aggressur il-ħabs imma qabel ma nifhmu sew u napprezzaw id-differenzi bejn is-sessi m’aħniex se naslu. Dr Azzopardi qal li huwa importanti li jkun hawn edukazzjoni sana biex wieħed verament jifhem id-differenzi li jeżistu bejn is-sessi fl-istrutturi tal-moħħ u allura fl-espressjoni tal-imħabba, is-sesswalità, id-differenza tal-esperjenza tal-ispazju u allura tal-intimità psikoloġika bejn l-irġiel u n-nisa.

    Dwar ir-realtà tal-vjolenza domestika, Dr Azzopardi qal li dak li hemm bżonn isir huwa ċar għal kulħadd u l-idea sistemika ta’ kif tindirizza dawn il-problemi soċjali hija miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ kulħadd inkluż tal-politiċi, professjonisti u aġenziji impenjati fil-qasam, fost oħrajn.

    Bżonn ta’ kultura preventiva u mhux reattiva

    Dr Azzopardi qal li rridu noħolqu kultura preventiva u mhux reattiva u din tiġi meta nibdew nindirizzaw il-kuntest wiesgħa tal-vjolenza. “Irridu ngħallmu lill-irġiel jesprimu l-emozzjonijiet tagħhom b’mod san u tajjeb. Irridu wkoll ngħallmu lin-nisa jipproteġu lilhom infushom b’mod san u tajjeb. Irridu nagħrblu d-differenzi bejn l-irġiel u nedukawhom dwarhom u mhux nistennew l-istess mingħand kulħadd. Kulħadd irid jifhem dawn id-differenzi biex jibda jittollerahom, jaċċettahom jesprimihom u anke jinkoraġġihom,” spjega t-terapista tal-familja.

    Kultura li tippropaga s-silenzju għall-fini tat-taparsi paċi fir-relazzjonijiet

    Dr Azzopardi qal li d-differenzi bejn l-irġiel u n-nisa hija implikata f’kull aspett tal-ħajja tal-koppja u oltre. Sfortunatament il-kultura tippropaga s-silenzju għall-fini tat-taparsi paċi fir-relazzjonijiet. Fil-fatt it-terapista tal-familja qal li ħafna mill-vjolenza hija miġbura f’kuntest ta’ silenzju. “Fejn l-irġiel li għandhom inqas kapaċità verbali minn nisa u inqas kapaċità ta’ espressjoni verbali u komportamentali tal-emozzjonijiet minn nisa ma jafux jesprimu ruħhom sewwa u ma jitkellmux u ma jgħidux dak li għandhom jgħidu fil-mument u fil-post it-tajjeb. Għandek in-nisa li għalkemm għandhom abiltà verbali u komunikattiva aħjar minn dik tal-irġiel b’mod ġenerali, jgħalqu ħalqhom u ma jitkellmux,” qal Dr Azzopardi.

    Id-differenzi bejn iż-żewġ sessi huma varji

    Huwa spjega li d-differenzi bejn iż-żewġ sessi huma varji. Dawn jinkludu mill-mod kif nesprimu ruħna, nitkellmu, naġixxu, fil-mod kif nagħmlu sens mir-realtà tal-koppja u allura kif niġġieldu u nargumentaw. “Aħna differenti għax għalkemm hemm differenzi anke ġeneriċi ovvjament dawn id-differenzi jiġu espressi differenti fil-kuntest tar-relazzjonijiet differenti. Dan kollu biex finalment ngħinu lin-nies jitgħallmu l-bażi tar-relazzjonijiet li hija dik li ngħinu u nissapportjaw lil xulxin għal fini tal-ġid komuni u għall-fini tal-ġid tal-persuna l-oħra.”

    “Bżonn li nibdlu ta’ taħt fuq ħafna aspetti tal-ħajja..”

    Dr Azzopardi żied jgħid li min irid jiżżewweġ għal skopijiet oħra, bħal ngħidu aħna biex jagħmel it-tfal jew biex ikollu familja, ma jridx jinsa li dawn l-iskopijiet tilħaqhom biss meta tagħmel minn kollox biex il-partner ikun persuna aħjar, meta tagħmel minn kollox biex tħobb il-persuna l-oħra kif tixtieq tkun maħbuba hi u mhux kif taħseb li trid tħobbha jew tħobbu int u meta l-ġid tal-persuna l-oħra jiġi qabel tiegħek. “Biex naslu hemm irridu nibdlu ta’ taħt fuq ħafna aspetti tal-ħajja li qegħdin ngħixu, tal-materjaliżmu, tal-flus, tal-kompetizzjoni, tal-edukazzjoni, tar-rwoli tal-ġeneru, fost oħrajn filwaqt li nixprunaw ideat ġodda ta’ kollaborazzjoni u ta’ mħabba.”

    It-terapista tal-familja qal li l-edukazzjoni sana hija importanti u tikkontrasta “iż-żibel” li titmana ħafna mill-midja u bil-populiżmu li kulma jagħmlu jkomplu jipperpetwaw il-vjolenza domestika u l-vjolenza in ġenerali.

    Dr Azzopardi qal li fit-terapija tal-koppja, fl-Institute of Family Therapy, il-ħin kollu jindirizzaw il-ħafna miti mibnija u ppropagati mill-midja kulturali, inkluż  il-midja soċjali. Dwar dan, huwa ta eżempju: “Irridu noħolqu ugwaljanza bejn is-sessi fit-trobbija tat-tfal imma xorta nibqgħu ngħidu li ‘l-omm kollox għall-familja’, nibqgħu ‘nġibu t-tfal l-ewwel.’ Għadni nisma’ programmi fuq ir-radju jew it-televiżjoni bil-preżentatur jew preżentatriċi tgħid ‘programm għall-mara tad-dar’. Għadni nisma rġiel jitkellmu f’isem in-nisa u nisa jitkellmu f’isem l-irġiel li ma jagħmilx sens.”

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook