Bżonn studju dettaljat dwar il-problemi li hemm f’Buġibba

  • Fra 22, 2020 17:56
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, Julia Farrugia Portelli se tkun qiegħda titlob li jsir studju dettaljat taż-żona turistika ta’ Buġibba u l-Qawra biex tifhem aktar xi problemi hemm ħalli jissolvew. 

    Il-Ministru stqarret li minkejja li l-ħidma ta’ manutenzjoni u tindif fiż-żoni turistiċi ma tiqafx, min-naħa din qatt mhi biżżejjed. Barra minn hekk, qalet li minn żmien għal ieħor ikun hemm bżonn ukoll nefqa kapitali sostanzjali biex żoni turistiċi jingħataw ħajja ġdida. 

    Qalet li hu minnu li jsiru diversi lmenti dwar it-telqa li hemm fiż-żona turistika ta’ Buġibba u l-Qawra u dan minkejja li hi destinazzjoni prinċipali għat-turiżmu lejn pajjiżna. Stqarret li l-aħħar investiment kbir li kien sar f’din iż-żona kien proprju taħt Gvern Laburista fil-perjodu bejn l-1996 u l-1998. Irrikonoxxiet ukoll li matul is-sajf li għadda saru diversi toroq ġodda f’din il-lokalità, li flimkien mal-ħidma tal-kunsill lokali b’enerġija ġdida ħallew effett pożittiv. 

    Għalhekk qalet li l-pass li jmiss hu li jsir pjan ħolistiku għal din iż-żona, bl-involviment tal-kunsill, ta’ ministeri oħra u anke s-settur privat. Biex jitħejja l-pjan, l-ewwel se jsir dan l-istudju dettaljat biex il-Gvern jifhem il-problemi li hemm u jsib is-soluzzjonijiet. Fl-istess waqt, irid ukoll joħloq opportunità għal aktar attrazzjonijiet u servizzi ġodda. 

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook