Moviment Graffitti b'applikazzjoni għall-immaniġġjar tal-Bajja tal-Balluta

  • Fra 22, 2020 15:34
  • Miktub minn iNews

    Il-grupp attivista Moviment Graffitti trid li tieħu taħt idejha l-immaniġġjar tal-Bajja tal-Balluta bil-għan li ma tippermettix il-kummerċjalizzazzjoni ta’ dan l-ispazju pubbliku. Dan filwaqt li tħalli l-bajja aċċessibbli b’mod permanenti u sigura għall-għawwiema u l-komunità.

    Il-Moviment Graffitti qalu li l-applikazzjoni turi l-intenzjoni tal-grupp li żżomm lill-bajja tal-Balluta bħala spazju għal attivitajiet rikreattivi tal-pubbliku, fosthom dawk soċjali, attivitajiet tal-komunità u monitoraġġ ekoloġiku.

    Kelliemi għall-Moviment qal li din l-applikazzjoni kienet waħda neċesarja biex jiġu aċċertat li bajjiet pubbliċi ma jispiċċawx jittieħdu għal interessi privati. Il-kelliemi żied jgħid li “attwalment hemm applikazzjoni pendenti biex jinbena pontoon għal servizz privat ta’ ferry f’din iż-żona popolari għall-għawm.”

    “Dan it-teħid ta’ spazju pubbliku huwa inaċċettabbli u jeħtieġ li jitwaqqaf,” kompla jgħid il-kelliemi għall-Moviment.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook