Il-Pulizija tfittex għal aktar vittmi ta' raġel mixli li abbuża minn minorenni

  • Fra 22, 2020 14:15
  • Miktub minn iNews

    Raġel li nstab ħati ta’ reati sesswali fuq minorenni fil-Kanada, aktar kmieni dalgħodu tressaq il-Qorti fejn kien mixli bl-abbuż ta’ mill-inqas erbat ibniet minorenni.

    Bojam Ambrus, ta’ 39 sena minn San Pawl il-Baħar, u li jaħdem bħala plumber, ġie akkużat li wettaq atti sesswali ma’ minorreni, li ġiegħel lil minorenni taġixxi pornografikament, li kien fil-pussess ta’ pornografija tat-tfal, u li attakka b’mod vjolenti lil uffiċjali tal-pulizija li marru biex jarrestawh.

    Ambrus wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjubin kontrih, madankollu ma talabx għal ħelsien mill-arrest.

    Ambrus talab lill-Qorti biex tipprojbixxi l-pubblikazzjoni ta’ ismu, madankollu l-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għal dan, bil-Qorti ma tilqax it-talba tar-raġel.

    Il-Prosekuturi qalu li huma jemmnu li Ambrus seta’ abbuża aktar minorenni u qed jittamaw li l-vittmi tiegħu jersqu ’l quddiem bl-istejjer tagħhom ladarba jaraw ismu rapportat fil-midja.

    Huma żiedu jgħidu li tfittxija fuq l-internet turi li l-akkużat kien diġà nstab ħati ta’ reati simili barra minn Malta, b’mod partikolari fil-Kanada.

    Il-Prosekuzzjoni allegat li Ambrus, li huwa ta’ nazzjonalità Serba, iltaqa’ mal-bniet li għandhom bejn it-12 u l-15-il sena, u sussegwentement inkoraġġihom biex iwettqu atti sesswali.

    Kien biss wara li waħda mill-bniet għamlet rapport lill-Pulizija li l-pulizija sabet tliet vittmi oħrajn.

    Il-Pulizija ssottomettiet żewġ filmati ta’ pornografija tat-tfal.

    Ambrus baqa’ jinżamm fil-kustodja tal-Pulizija.

    Il-Maġistrat Charmaine Galea ppresidiet fuq il-każ, bl-avukat tal-assistenza legali Raisa Colombo tidher għall-akkużat. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi John Spiteri u Paula Ciantar.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook