Sorpriża għal Justine Schorfid waqt żjara f'Mater Boni Consilii St Joseph, f'Raħal Ġdid

  • Fra 22, 2020 12:53
  • Miktub minn iNews
    Din is-sena, iċ-ċelebrazzjoni tal-karnival fl-iskola Mater Boni Consilii St Joseph Paola kienu kemmxejn speċjali minħabba li l-mistiedna sorpriża kienet il-kantanta Justine Schorfid li għadha kemm ġiet fit-tieni post f'X Factor ta' din is-sena.
     
    Justine mhux biss kantat żewġ kanzunetti lit-tfal iżda anki ħadet ritratt ma' kull klassi fl-iskola. Fi tmiem iż-żjara tagħha, il-kap tal-iskola Dr Kenneth Vella, filwaqt li rringrazzja lil Justine talli sabet ħin iżżur l-iskola ppreżenta lill-kantanta plakka kommemorattiva li tfakkar iż-żjara tagħha u s-suċċess li kellha dan l-aħħar f'X Factor.
     
    Hu fakkar ukoll li Justine, bħal ħafna tfal li jattendu l-iskola hija minn Raħal Ġdid u ħafna għadhom jiftakruha tkanta fil-kor tal-parroċċa Kristu Re' fejn minn hemm fil-fatt bdiet l-imħabba tagħha lejn il-kant.
     
    "Bħala skola nagħmlu minn kollox biex inżommu kuntatt ma' għaqdiet u personalitajiet fil-kommunita' Pawlista. Għalhekk ħassejna wkoll l-obbligu li nonoraw lil Justine anki b'dan il-mod" tenna Vella. Barra dan, tfal fi ħdan il-kunsill tal-istudenti ppreżentaw lil Justine kopja tal-annwal tal-iskola The Link u kopja wkoll tal-pubblikazzjoni Nitlob Miegħek li l-iskola ħarġet dan l-aħħar b'kollaborazzjoni mal-Isqof Emeritu Pawlu Cremona.
    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook