L-Italja b'żewġt imwiet bil-coronavirus … Aktar minn 50,000 persuna mitlubin jibqgħu maqfulin f'darhom

  • Fra 22, 2020 12:50
  • Miktub minn iNews

    L-Italja rreġistrat l-imwiet ta’ żewġ pazjenti bil-coronavirus, bil-marda s’issa tħalli 2,253 vittma u aktar minn 77,000 persuna infettati madwar id-dinja.

    Dawn iż-żewġt imwiet wasslu biex ir-reġjun tal-Lombardija jitpoġġa taħt lockdown, u mal-50,000 persuna ġew mitluba biex jibqgħu f’darhom.

    Wieħed mill-vittmi huwa anzjan ta’ 78 sena, li miet ilbieraħ filgħaxija fi sptar fil-Grigal tal-pajjiż.

    Adriano Trevisan iddaħħal l-isptar għaxart ijiem ilu minħabba kwistjoni medika oħra.

    It-tieni pazjenta li mietet hija mara li l-identità tagħha s’issa għadu ma ngħatatx.

    S’issa ħames tobba u għaxar persuni rriżultaw pożittivi għall-coronavirus fir-reġjun ta’ Lombardija. Jidher li lkoll kienu jiffrekwentaw l-istess bar. L-awtoritajiet ikkonermaw żewġ każi oħrajn fir-reġjun tal-Veneto.

    Aktar minn 50,000 persuna fiż-żoni kkonċernati ntalbu biex jibqgħu f’darhom.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook