Ċajta ta’ Gianluigi Buffon lil tifel Ċiniż ma tantx tinżel tajjeb

  • Fra 22, 2020 00:57
  • Miktub minn iNews

    Madwarġimgħailu meta Juventus lagħbukontra Milan fi Stadio San Siro għall-ewwel leg tas-semi-finali tal-Coppa Italia, il-goalkeeper veteran Gianluigi Buffon għamel praspura minn tiegħu li xejn ma niżlet tajjeb ma’ xi segwaċi Ċiniżi tal-football Taljan.

    Fil-fatt wara l-logħba li spiċċat fi draw ta’ 1-1 bejn il-Bianconeri u r-Rossoneri, Buffon kien ħiereġ sabiex jaqbad il-coach tal-club u jmur lura lejn Turin. Waqt li kien ħiereġ kien hemm partitarju Ċiniż li xtaq jikseb il-firma tal-goalkeeper ta’ 42 sena.

    Dan tal-aħħar aċċetta bil-qalb kollha u waqt li kien qiegħed jiffirma fuq il-ktieb tal-awtografi b’mod sarkastiku qallu sabiex joqgħod attent mill-Coronavirus.

    Meta staqsih minn fejn hu, dan il-partitarji ċkejken qallu li hu mill-belt ta’ Wuhan, u Buffon sħun sħun qallu

    “Wuhan? Qatt ma smajt bih!”

    Wara din id-dikjarazzjoni diversi kienu l-persuni Ċiniżi li marru fuq Facebook sabiex urew l-għadab tagħhom għal dawn il-kummenti ta’ Buffon li skonm huma waqqa’ għaċ-ċajt lil dan il-povru tifel Ċiniż.

    Wara li ra dan kollu, Buffon skuża ruħu fejn qal li kien qed jiċċajta biss u ma ried joffendi lil ħadd.

     

     

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook