Żewġ plejers ta’ Taranto aggrediti

  • Fra 22, 2020 00:53
  • Miktub minn iNews

    Episodju xejn sabiħ seħħ  fil-belt ta’ Taranto fejn żewġ players ta’ dan it-team sfaw aggrediti minn żewġ persuni li għadhom ma ġewx identifikati mill-pulizija Taljana. Il-players li ġew attakkati huma Salvatore Pelliccia u Antonio Ferrara li nzertaw li kienu flimkien wara li kienu għadhom kemm kielu f’restaurant li jinsab f’din il-belt fin-nofsinhar tal-Italja.

    Il-players baqgħu kalmi għalkemm ġrew kemm felħu sabiex jevitaw aktar inkwiet filwaqt li kellhom qatgħa kbira fuqhom.

    Il-club ta’ Taranto kiteb fuq il-profil soċjali fuq Facebook fejn ikkundanna dan l-att vjolenti.

    Taranto jilagħbu fis-Serie D Taljana u jinsabu fil-ħames post tal-klassifika ta’ Grupp H ta’ dan il-kampjonat. Il-club għadda minn turbulenzi kbar matul is-snin fejn mhux darba jew tnejn li kellhom jerġgħu jibdew mill-ġdid minħabba problemi finanzjarji.

     

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook