Neville Gafà jgħid li mal-aħbar tal-mewt ma kienx hemm ċelebrazzjonijiet fl-Uffiċju tal-Prim Ministru

  • Fra 19, 2020 14:08
  • Miktub minn iNews

    Neville Gafà mistenni jixhed fl-inkjesta pubblika b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Gafà kien mistenni jagħti x-xhieda tiegħu t-Tnejn li għadda, iżda l-Qorti aġġornat għal-lum wara li taw x-xhieda tagħhom Matthew Carbone u Josef Caruana.

    Fost persuni oħra preżenti l-Qorti hemm Neville Gafà, Manuel Delia u l-familjari tal-vittma (Daphne Caruana Galizia).

    Agħmel refresh tal-paġna għall-aħħar aġġornamenti

    5:00 p.m: Qal li Schembri qatt ma qallu dwar Chris Cardona  u l-qtil ta’ Daphne. Lanqas li kien iċempel kuljum lil Yorgen Fenech inkwetat, iżda qallu li kien iddispjaċut li Fenech gideb dwaru. Spjega li minkejja li Schembri qatt ma qallu bin-nota li nstabet għand Theuma u li ċaħad l-istess nota, hu ma jħobbx jistaqsi u jgħawwar f’dak li jkun speċjalment meta rah inkwetat. Dwar Daphne qal li qatt ma qal li sabet kappella jiġiha. Tintemm ix-xhieda u x-xhud li jmiss se jkun Glenn Bedingfield u se jixhed il-Ġimgħa.

    4.45 p.m: Huwa qal li hu lest jitkellem dwar il-ħidma tiegħu fil-Libja u li Joseph Muscat kien qallu li kien għamel biċċa xogħol tajba ħafna għax bl-intervent tiegħu waqqaf eluf ta’ immigranti li kieku daħlu Malta. Qal li dawn ma kinux push backs iżda riżultat ta’ koordinazzjoni bejn il-Forzi Armati Maltin u l-awtoritajiet Libjani fosthom il-gwardji tal-kosta.

    Qal li 24 siegħa wara li rriżenja Joseph Muscat, dejjem kien ħsieb tiegħu li jirriżenja warajh u ħass li etikament kellu jwarrab.

    Rigward il-mobile li kien tilef Keith Schembri qal li ma jafx jekk kienx għamel rapport iżda jaf li mar għand Joseph u li kien inkwetat li tilfu.

    Lil Melvin Theuma qal li qatt ma rah u li  Kieth Schembri ma semmilhulux, lanqas lil Maksar.

    Gafà qal li fil-Libja ma kienx ikun armat, u li minkejja li qalu li użaw karozza tal-ambaxxata huwa ċaħad li kienu għamlu dan hu u Kenneth.

    4:25 p.m: Gafà qal li ma jafx xejn fuq 17 black u li sema’ dwarha fuq il-midja. Qal li joħroġ mill-anqas u normalment l-ħruġ tiegħu jkun jinvolvi x-xogħol. Huwa kien jaf li Schembri u Fenech kienu ħbieb, iżda lil Fenech qatt ma nzertah la għandu d-dar u lanqas Kastilja.

    Qal li d-drawwiet ta’ Daphne kien jafhom għax kienu jibagħtulhom in-nies pereżempju fejn kienet tmur tieħu kafè.

    “Ma’ daphe kelli rapport tajjeb, sirt nafha f’ħanut tan-nuċċalijiet il-Belt, kellna rispett lejn xulxin, xħin dħalt fix-xena politika nbidlet. Kienet tikteb dwar il-politika l-ħin kollu u għalhekk kont nikteb fuqha.

    "Bħal ma tellgħet hi ma’ familji oħrajn, kitbet ħafna fuqi, missieri għadda minn stoke fuq li kitbet fuqi, xi tliet snin ilu. Għandi tfal kbar, 25 sena u 23 sena, għamlu żmien ma jmorrux xogħol minħabba fiha.” Kompla jixhed Gafà.

    Huwa ċaħad li kellu x'jaqsam mal-qtil tagħha u li xebbah il-funeral ta’ Daphne ma' karnival, qal li ma kienx malta, għamel like imma mhux share.

    4:10 p.m: Keith Schembri u l-familja tiegħu dejqu meta qalet li se jmut fi żmien tliet xhur bil-kanċer u saħansitra marret it-tifla tistaqsih jekk kienx minnu li qed jingħad l-iskola.

    Qal li Schembri qatt ma rritalja u li hu kien hu li kien jikteb. Hu spjega quddiem il-qorti li xħin inqatlet Daphne inkwieta ħafna u ħa passi mal-Prim Ministru biex jittieħdu l-passi biex issir l-investigazzjoni. Hu ċaħad li kien Schembri li mexxa l-istorja li qatluha l-mafja.

    nassigurak li xħin inqatelt inkwieta ħafna. Qal li meta seħħ il-qtil, fl-uffiċju tal-Prim Ministru ma kienx hemm ċelebrazzjonijiet imma nies inkwetati.

    3:50 p.m: Rigward ir-ritratti qal li dawn kienu dehru fuq paġni oħra u li hu qatt ma ġibed ritratti tagħha. Dejjem ħadhom minn ta’ ħaddieħor.

    Spjega li l-kitba tagħha kienet agħar minn ritratti. Kompla biex jgħid li “kienet cemplitli, l-ewwel qtajtilha għax ma kontx naf min kienet, bagħtitli jekk kellix x'naqsam, ma weġibthiex u qaltli li la ma weġibthiex mela qisni qed nikkonferma,” kompla Gafà. Qal ukoll li bdiet tassoċjah mal-Kabal u l-Mafja.

    Qal li kellu passaport diplomatiku u rritornah xħin irriżenja. Kien użah biex imur il-Libja għax l-uffiċju ħass li kellu jużah fuq xogħol. Qal li miegħu kien jitla’ Kenneth Camilleri u li darba akkumpanja ambaxxatur Malti u uża l-imsemmi passaport.

    Qal li qatt ma’ siefer ma’ Schembri u li qatt ma ltaqa’ miegħu barra. Lil Joseph Muscat ilu jafu 35 sena. Żied jgħid li minkejja li jaf ħafna nies kellu ftit ħbieb.

    3:40 p.m: Telgħet Corinne Vella u qed tippreżenta dossier dwar Neville Gafà u kitbiet tiegħu fuq Facebook.Qalet li għandu żewġ profili u ħadet screenshots ta' kummenti li għadda u li ħasset li huma relevanti għal din l-inkjesta.

    Issa ssejjaħ Neville Gafàqal li ħa jieħu ġurament fuq il-koran. Spjega li llum ma għadux xogħol fejn kien koordinatur tal-Prim Ministru għax irriżenja. Spjega li qabel kien projects director fil-Ministeru tas-Saħħa u xi rwoli oħra li fihom dejjem kien persuna ta’ fiduċja.

    Qal li kien koordinatur fit-tieni sular, il-Prim Ministru kien jgħaddilu xogħlijiet u kien jikkordina l-Ministeri.

    Qal ukoll li kien ħbieb ma' Keith Schembri sa mill-2008 meta beda jaħdem biex Joseph Muscat jitla mexxej u baqgħu jaħdmu flimkien. Qal li lil Yorgen Fenech qatt ma rah Kastilja. Kompla jispjega li kellu bordroom għalih u li kien ikollu ħafna laqgħat tant li ġieli lanqas kien jarah lil Keith.

    “Kenneth Camilleri kien kollega u ħabib tiegħi u wieħed mis-securities tal-Prim Ministru”. Dwar meta seħħ il-qtil hu qal li ma naqasx milli jitkellem iżda ma kienx tkellem dwar dan ma’ Camilleri.

    Aktar dettalji dwar Schembri, huwa qal li joqgħod ħames minuti bogħod minnu u li jaf li Adrian Vella hu t-tabib ta’ Keith. Qal li lill-aħwa Degiorgio ma kienx jafhom u qatt ma rahom. L-istess jista’ jingħad dwar Theuma.

    noqgħod viċin keith, ħames minuti bogħod

    Dwaru personali qal li għandu Facebook Page u li kellu żewġ profili. Qal li waħda ftit użajtha u ftaħtha sakemm għamlulu hacking sentejn ilu. Dwar Daphne qal li ġieli tella’ posts imma anke hi għamlet fuqu. Spjega li kienet iġġib ritratti tal-familja tiegħu, u li “ġġib ritratti tal-mara u tfal ma naċċettahiex”.

    Qal li hu rritalja meta hi bdiet tikteb fuqu iżda qatt ma’ ħassar xejn milli kien kiteb fuqha.

    3:10 p.m: L-Imħallfin qed jinsistu miegħu biex jgħid fejn jaf lil dawk li jidhru fir-ritratti, Vella qal li f’xogħlu kien iltaqa' ma' ħafna nies.

    L-Imħallef Lofaro qaltlu li jaf min huma u ma jridx jgħid, Vella qalilha li dak kien x’kienet qiegħda tissuġġerixxi hi. Rigward stqarrijiet qal li ma nafx kienx hemm stqarrijiet li fihom issemmiet Daphne u li hu beda Kastilja f’Lulju tal-2017

    L-unika relazzjoni li kellu ma’ Keith Schembri kienet dik bħala Chief of staff tal-Prim Ministru u li miegħu qatt ma ddiskuta l-kontenut tal-istqarrijiet.

    Vella qal li kiteb blog għan-news portal ta’ One News fiż-żmien li kien jaħdem fl-uffiċju tal-Prim Ministru. Qam battibekk bejn l-Avukati Charlon Gouder u Andrew Borg Cardona, bl-Imħallfin iwissu lil kulħadd joqgħod attent kif jitkellem u jikkomporta ruħu.

    Vella jtemm ix-xhieda tiegħu.

    3:00 p.m: L-Imħallef Abigail Lofaro qed tordnalu jwieġeb jekk ġurnalisti setgħux joħorġu. Magħha jingħaqad anke l-Imħallef Michael Mallia li wkoll qed jinsisti li Vella jwieġeb.

    Vella jwieġeb “Jjien m’iniex security, inzertajt ħdejn il-bieb meta dehert fil-filmat. L-Imħallef Joseph Said Pullicino qed jgħidlu li jekk ma jemmnuhx fuq din ma jemmnuhx fuq affarijiet oħra.

    Rigward sejħa għall-istampa qal li d-doi joħorġu dawn is-sejħiet, qal li bħala stqarrijiet jintbagħtu lilhom u jkunu huma li joħorġuhom.

    doi joħorġu press calls, bħall-press releases nibgħatuhomlhom u joħorġuhom huma. Dan wara li xi kmamar tal-aħbarijiet allegatament ma tħallewx jidħlu.

    Muri ritratti ta' nies li kienu dakinhar tal-laqgħa tal-Kabinett li mbagħad issejħet konferenza stampa mill-Prim Ministru matul il-lejl, Vella jwieġeb li wħud jafhom u oħrajn minn wiċċhom biss. Kompla biex jgħid li “kien hemm min għajjarni annimal minn fost il-ġurnalisti”.

    L-Imħallef Lofaro wissietu biex ikellimha sew u li fakkritu li  mhumiex fuq il-monti.

    2:45 p.m: Kompla jwieġeb u qal li rigward Truth Project sema’ bih il-ġimgħa li għaddiet. kien imwissi mill-imħallfin li qiegħed taħt ġurament għax qalulu li hekk jirriżulta

    Qal li ma' ġurnalisti barranin ġieli kellu kuntatti, ġeneralment kienu jitolbu intervista jew kumment. Qal li kundizzjonijiet ma sarux lil dawn il-ġurnalisti, ma kinux nies li tagħmlilhom kundizzjonijiet

    Dwar 17 black qal li ma ddiskutiex mas-superjuri imma kien tela’ waqt xiehda fil-qorti mac-chief of staff Keith Schembri, anke jekk għamilha ċara li miegħu qatt ma tkellem dwar il-qtil ta’ Daphne.

    Kompla jirrakkonta li meta seħħ il-qtil “bqajt imbellah personalment”, u li dak iż-żmien bħala uffiċċju Kastilja kien hemm iktar talbiet għal kummenti mill-media.

    L-imħallfin qed jinsistu li jgħid x’diskussjonijiet kien involut fihom wara l-qtil u Vella qed jinsisti li huwa joħroġ informazzjoni li kienu jgħidulu s-superjuri tiegħu.

    Ġie mistoqsi meta ġurnalisti allegatament ma tħallewx joħorġu minn Kastija wara laqgħa tal-Kabinett f’Diċembru li għadda. Vella qed jgħid li kienet se ssir konferenza tal-aħbarijiet, ebda ġurnalist ma nżamm hemm kontra l-volontà tiegħu. Inżammi biss xi żewġ minuti sakemm ħareġ Joseph Muscat kif kienet prassi.

    Qal li n-nies li kienu kamra, “Uħud kont nafhom għax jaħdmu miegħu, oħrajn nafhom minn wiċċhom, jien mhux membru tas-sigurtà u għalhekk ma kontx naf min kienu kollha. Moħħni kien fis-sigurtà tal-Prim Ministru u li l-konferenza ssir.

    2:30 p.m: Jibda jixhed Nigel Vella li huwa deputat kap tal-Komunikazzjoni f’Kastilja. Spjega li xogħlu jikkonsisti f’li joħroġ informazzjoni li jkun hemm bżonn tinħareġ u jikkordina l-attivitajiet tal-gvern. Spjega li hu jimxi fuq struzzjonijiet ta’ Matthew Carbone.

    Rigward il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia qal li ma jidhirlux li għamel stqarrijiet dwarha. Kompla jixhed li ma kienx hu li ħareġ sejħa għall-istampa għar-reazzjoni ta’ Joseph Muscat meta nqatlet il-vittma.

    Rigward Yorgen Fenech qal li qatt ma rah Kastilja u lanqas l-Uffiċju ta’ Keith Schembri. Qal li sar jafu minn fuq il-gazzetti. Qal li ġieli kien involut f’laqgħat mal-edituri imma dawn iktar kienu fuq avvenimenti u stqarrijiet.

    Waqt li kompla jwieġeb il-mistoqsijiet tal-Imħallfin qal li ma jafx li kien hemm xi tentattiv li jkun hem assoċċjazzjoni bejn il-kuntrabandu tal-fjuwil u l-qtil ta' Daphne.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook