Id-Dwana b'sejba ta' 9,500 flixkun vodka ... It-taxxa duvuta fuqhom hu kkalkulat li tlaħħaq il-€61,000

  • Fra 19, 2020 13:13
  • Miktub minn iNews

    Wara ħidma koordinata bejn żewġ Taqsimiet tad-Dwana, il-Container Monitoring Unit u l-iScanning Team, u li fiha sar użu wkoll mill-iscanner tad-Dipartiment, ġie interċettat kontejner fil-Freeport li nstab mimli flieken tal-vodka bil-kuntrabandu.  

    Il-kontejner, li hu tal-20 pied, kien iddikjarat li qed iġorr xkejjer bil-gypsum powder, mill-port ta’ Odessa, lejn il-port ta’ El Khoms, fil-Libja, b’waqfa f’Malta.

    Irriżulta, mill-immaġni tal-iscanner, li fil-fatt il-kontejner kellu ndana ta’ xkejjer u moħbija warajhom kien hemm kaxxi tal-kartun mimlija flieken tal-vodka. L-ammont ta’ vodka moħbija kien ta’ 9,500 flixkun tal-litru, li t-taxxa duvuta fuqhom hu kkalkulat li tlaħħaq il-€61,000.

    Id-Dipartiment tad-Dwana jinsab għaddej b’aktar investigazzjonijiet fuq dan il-każ u qiegħed jikkollabora ma’ Dwaniet internazzjonali.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook