“Il-Prim Ministru sema’ l-karba tagħna u daħal medjatur għalina” - Janet Walker

  • Fra 19, 2020 11:10
  • Miktub minn iNews

    Fuq Facebook, Janet Walker, mara li flimkien ma’ ħames familji oħra twaqqgħatilha d-dar tagħhom f’inċident tal-kostruzzjoni fil-Pietà, irringrazzjat lill-Prim Ministru Robert Abela talli sema’ l-karba tagħha u tal-familji l-oħrajn u daħal medjatur għalihom.

    Walker żvelat kif il-familji ġew offruti proposti ta’ x’se tkun it-triq ‘l quddiem, u waqt li qalet li tippreferi proposta minn oħra, xorta waħda ddeskriviet iż-żewġ proposti bħala "validi u tajbin".

    Qalet li issa jmiss li s-sitt familji affettwati minn dan l-inċidenti jiltaqgħu, jiddiskutu, u flimkien jagħżlu kif se jkunu qed jimxu ‘l quddiem. Il-mara spjegat li l-familji dejjem kienu magħqudin u appellat li tibqa' din l-għaqda għax flimkien waslu ħafna aktar.

    Fl-aħħar nett Walker irringrazzjat lil dawk kollha li fl-aħħar xhur b’xi mod kienu ta’ għajnuna u sostenn għaliha.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook