[AĠĠORNATA] Tilwima industrijali rtirata ... ikomplu n-negozjati bejn il-GWU u l-AĠ

  • Fra 19, 2020 09:03
  • Miktub minn iNews

    Aġġornata: It-tilwima ġiet irtirata wara li l-maniġment ilbieraħ filgħaxija bagħat id-dokument sabiex ikomplu n-negozjati u se jkun hemm anke laqgħat fir-rigward tal-ftehim kollettiv.

    Biex seta' jintlaħaq dan il-qbil jidher li kien hemm ukoll l-intervent tal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis.

    Qabel: In-nuqqas ta' progress fin-negozjati bejn il-GWU u l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali (AĠ) wasslet biex l-unjin tirreġistrat tilwima industrijali miegħu u anke qed twissi li jekk ma jkunx hemm żviluppi tieħu azzjoni industrijali.

    Kien fl-1 ta' Awwissu 2019 li l-GWU talbet lill-Uffiċċju tal-AĠ biex jibdew in-negozjati dwar il-ftehim kollettiv għall-impjegati fis-sezzjonijiet tal-amministrazzjoni u dawk klerikali.

    L-unika laqgħa li saret bejn iż-żewġ naħat kienet fl-1 ta' Ottubru li għadda u l-għada l-GWU, permezz tas-Segretarju tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi,  ippreżentat il-proposti tagħha.

    Il-maniġment bagħat ir-reazjoni tiegħu fis-26 ta' Novembru bl-unjin tirrispondih jumejn wara madankollu minn dakinhar 'il hawn baqgħet ma rċeviet ebda komunikazzjoni oħra.

    Għalkemm il-GWU ippruvat tasal għal ftehim baqa' ma sar ebda progress fin-negozjati u kien għalhekk li biex tħares l-interessi tal-membri tagħha iddeċidiet li tirreġistra tilwima industrijali u twissi dwar azzjoni industrijali.

     

     

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook