Studji juru li l-anzjani u dawk morda huma l-aktar suxxettibbli għall-Covid-19

  • Fra 19, 2020 08:28
  • Miktub minn iNews

    L-uffiċjali tas-saħħa taċ- Ċina ppubblikaw l-ewwel studju dettaljat dwar iktar minn 44,000 każ ta’ Covid-19. Dan huwa l-ikbar studju li sar fuq kemm ilu li faqqa' dan il-coronavirus. 

    L-informazzjoni ppubblikata miċ-ċentru Ċiniż għall-Kontroll u Prevenzjoni tal-Mard (CCDC) jgħid li 80% tal-każi kienu “ħfief” u li dawk morda u l-anzjani huma l-iktar f’riskju. Ir-riċerka titkellem ukoll dwar ir-rikju għoli li jiffaċċjaw il-ħaddiema tal-isptarijiet. 

    Intant, direttur ta’ sptar l-belt ta’ Wuhan miet kawża tal-coronavirus Covid-19. Liu Zhiming ta’ 51 sena kien id-direttur tal-isptar Wuchang ġewwa Wuhan, wieħed mill-isptarijiet ewlenin f’din il-belt. Wuhan hija l-kapitali tal-provinċja ta’ Hubei u huwa l-post minn fejn oriġina dan il-virus. 

    Ir-rapport ta’ CCDC juri li r-rata ta’ mwiet f’din il-provinċja huwa ta’ 2.9% filwaqt li l-bqija tal-pajjiż ir-rata hija ta’ 0.4%. 

    Ir-riċeka li saret tgħid li r-rata ta’ mwiet mill-Covid-19 hija ta’ 2.3%. L-aħħar statistika qiegħda turi li n-numru ta’ persuni li tilfu ħajjithom huwa ta’ 1,868 lwaqt li n-numru totali ta’ infezzjonijiet huwa ta’ 72,436. 

    L-awtoritajiet Ċinżi qalu wkoll li s’issa kien hemm 12,000 persuna li equ minn dan il-virus. 

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook