Kampjonat Premier: Gzira United jirritornaw għar-rebħ

  • Fra 16, 2020 20:31
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Dominic Borg

    Balzan ............... 1

    Gzira United....... 3

    Gzira United irritornaw għar-rebħ meta meritatament għelbu l-isfida ta’ Balzan bl-iskor ta’ 3-1, bil- goals jaslu kollha fit-tieni taqsima.

    Ta’ nota huwa l-fatt li din kienet l-ewwel rebħa għall-Maroons taħt il-gwida tal-coach il-ġdid Paul Zammit.

    Min-naħa l-oħra, kompla l-istaġun ferm diżappuntanti għal Balzan, bil-pożiz­zjoni  tagħhom fil-klassifika m’hija xejn sodisfaċenti biex issa huma maqtugħin mit-taqtiegħa għall-kompetiz­zjonijiet Ewropej.

    Il-wirja tagħhom f’din il-partita kienet waħda di­żappuntanti fejn pattew qares għal żbalji difensivi fiż-żewġ goals li sofrew

    Balzan kellhom lill-goalkeeper Kristijan Naumovski u l-winger Uros Ljubomirac sospiżi. Min-naħa l-oħra Gzira kellhom l-iskwadra kollha għad-dispożizzjoni tagħhom.

    Kienu l-Maroons li ħarġu fuq l-offensiva u wara ħames minuti Martin Davis għadda tajjeb lejn Marco Criaco li kellu x-xutt mill-viċin jintemm ftit barra.

    Kien biss fl-14-il minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota bil-Gżirjani jkunu huma li joħolqu l-periklu meta Nikolai Muscat appro­fitta minn indeċiżjoni ta’ Paul Fenech, għadda tajjeb lejn Hamed Kone li kellu x-xutt fil-baxx tiegħu minn pożizzjoni ideali jiġi salvat mill-goalkeeper ta’ Balzan Sean Mintoff.

    Gzira United fetħu l-iskor fis-57 minuta meta Hamed Kone xeħet cross preċiż lejn RODOLFO SOARES li permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin tefa’ ġewwa.

    Huma komplew jiddettaw il-logħub u fl-74 minuta meritatament irduppjaw l-iskor meta Marco Criaco  xeħet cross lejn MARTIN DAVIS, li minn taħt il-lasti u permezz ta’ daqqa ta’  ras tefa’ l-ballun fix-xibka.

    Iżda Balzan ma  rmewx ix-xugaman u wettqu reazzjoni mmedjata meta fis-76 minuta naqqsu l-marġni tal-iskor meta Luke Montebello xeħet cross fil-baxx lejn ALFRED EFFIONG li mill-viċin kompla l-ballun għal ġewwa.

    Madankollu, kellhom iku­nu Gzira bl-aħħar kelma meta fil-ħin miżjud, skorjaw it-tielet goal meta s-Sene­galiż,  AMADOU SAMB, qabad lil Sean Mintoff barra minn postu u b’xutt mid-distanza tefa’ l-ballun f’lasti vojta.

    BALZAN: 1-Sean Mintoff, 3-Augustine Loof, 8-Nenad Sljivic, 9-Shinobu Adekoya Adeseyi, 10-Steve Pisani, 11-Steve Bezzina, 16-Paul Fenech (4-Marcus Grima 77), 17-Alfred Effiong, 20-Ivan Bozovic, 23-Stefan Dimic (99-Luke Monetbello 63), 30-Ricardo Correa Duarte (88-Pedro Augusto Mota 77)  - Coach: Jacques Scerri

    GZIRA U.: 16-Justin Haber, 4-Fernando Barbosa, 6-Nikolai Muscat, 7-Zachary Scerri, 8-Rodolfo Soares, 11-Juan Carlos Corbalan, 14-Dexter Xuereb, 21-Hamed Kone (19-Karl Pulo 84), 87-Marco Criaco, 88-Wilfried Domoraud (77-Amadou Samb 71), 91-Martin Davis - Coach: Paul Zammit

    REFEREE: Alan Mario Sant

    ASS. REFEREES:Edward Spiteri, Mitchell Scerri

    RABA’ UFF: Etienne Mangion

    SKORERS:R. Soares 57, M. Davis 74, A. Samb 90 (G), A. Effiong 76 (B)

    AMMONITI:M. Criaco, N. Muscat (G), P. Fenech, S. Adekoya Adeseyi, S. Pisani (B)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Martin Davis (G)

     

                      

     

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook