Ħajjet Leila Janah … l-imprenditriċi li kienet tħaddem lill-foqra

  • Fra 15, 2020 08:35
  • Miktub minn Melvin Farrugia

    Leila Janah kienet bint koppja ta’ immigranti Indjani, li matul ħajjitha ħolqot postijiet tax-xogħol fil-qasam diġitali biex eluf ta’ persuni fl-Afrika u fl-Indja jkollhom paga biex jgħixu. Hi kienet temmen li l-intelliġenza tan-nies foqra kienet l-akbar riżorsa li mhix mittiefsa fid-dinja. 

    Din il-mara ta’ 37 sena, kienet imprenditriċi li timpjega eluf ta’ persuni foqra b’mod iddisprat fl-Afrika u fl-Indja. Kienet temmen li x-xogħol kien joffri l-aqwa mod biex persuna taħrab mill-faqar. 

    Sfortunatament, din il-mara mietet fl-24 ta’ Jannar f’Manhattan. Waħda mill-kumpaniji tagħha, Samasource qalet fi stqarrija li l-mara mietet minħabba kanċer fit-tessuti ta’ ġisimha. 

    Kien fl-2005 li Janah marret Mumbai fl-Indja bħala konsulent maniġerjali biex tagħti pariri lil kumpanija. Filwaqt li bdiet għaddejja minn żoni ta’ slum, hi waslet fiċ-ċentru fejn kellha tmur fejn rat diversi ħaddiema edukati iżda li ma kinux qegħdin jaħdmu f’dan iċ-ċentru. Għalhekk hi staqsiet jekk uħud minn dawn in-nies setgħux jiġu impjegati biex jagħmlu ftit mix-xogħol li kien hemm bżonn. 

    Jidher li dan kien mument kruċjali f’ħajjet Leila Janah, li minn hemm bdiet twassal il-messaġġ tagħha li l-intelliġenza tal-ifqar nies fid-dinja hi l-akbar riżorsa mhix mittiefsa fl-ekonomija globali. 

    Kien minħabba f’hekk li fl-2008 hi bdiet il-kumpanija Samasource f’Nairobi fil-Kenja. Jidher li nofs l-impjegati mal-kumpanija Samasource kienu nisa. Fih innifsu l-isem kien ifisser ħafna, peress li bil-lingwa Sanskrit “sama” tfisser “indaqs”. 

    L-għan tal-kumpanija kien li timpjega persuni foqra, biex tagħtihom paga biex jgħixu. Ix-xogħlijiet kienu fil-qasam diġitali, fejn il-ħaddiema riedu jagħmel xogħol relatat ma’ ritratti u stampi f’ċentri fil-Kenja, fl-Uganda u fl-Indja. Il-ħaddiema kienu jiġġeneraw l-informazzjoni li mbagħad tintuża għal proġetti bħal karozzi li jsuqu lilhom infushom, teknoloġija tal-logħob u software li jgħin lill-gwardjani tal-parks fl-Afrika biex jevitaw il-qtil tal-iljunfanti. 

    Il-Fundatur u Kap Eżekuttiv tal-organizzazzjoni Shining Hope for Communities, Kennedy Odede stqarr li Leila kellha viżjoni li tipprovdi d-dinjità tax-xogħol u l-wegħda ta’ paga biex jgħixu lill-aktar nies vulnerabbli fid-dinja. Bħala organizzazzjoni, Shining Hope for Communities ħadmet fil-qrib ma’ Samasource u tħoss li permezz tax-xogħol tagħha, Leila tat viżjoni liż-żgħażagħ biex jibdew jaraw diversi possibbiltajiet għall-futur tagħhom. 

    L-impjegati ta’ Samasource ħadmu b’kuntratti ma’ kumpaniji bħal Microsoft, Google, Facebook, Walmart, Getty images, Glassdoor u Vulcan Capital, li hi kumpanija fformata wkoll mill-fundatur ta’ Microsoft. 

    Jidher li bħala kumpanija Samasource għenet mal-50,000 persuna; 11,000 ħaddiem u dawk li jiddependu minnhom. Regolarment tagħmel evalwazzjoni dwar jekk hix qiegħda tipprovdi l-pagi li hemm bżonn biex dawn in-nies ikunu jistgħu jgħixu sew. 

    Intant, Leila Sanah kellha wkoll negozju ieħor - dak ta’ LXMI, li hi linja tal-kożmetika lussuża. Anke f’dan il-każ, il-kumpanija kellha l-istess missjoni ta’ Samasource; jiġifieri li timpjega mijiet ta’ nisa foqra matul il-wied tax-Xmara Nil, partikolarment fl-Uganda, biex jiġbru l-lewż tan-Nilotica u minnhom joħorġu bħal krema li tiġi esportata lejn l-Istati Uniti għall-użu fil-produzzjoni tal-prodotti għall-kura tal-ġilda. Barra minn hekk, tħaddem anke nies oħra f’pajjiżi oħra Afrikani u fl-Indja biex jiġbru ingredjenti oħra. 

    Sanah kienet ħarġet bl-idea li twaqqaf din il-kumpanija waqt żjara li għamlet f’Benin, fil-Punent tal-Afrika. Hemm bdiet tara lin-nies tal-lokal ikabbru tip ta’ lewż u minnu bdew joħorġu krema. Minnufih iddeċidiet li tibni industrija tal-esportazzjoni li tkun kompletament għan-nisa foqra. Saħqet li b’dan il-mod setgħet issolvi l-problema tal-faqar, fl-istess waqt li tgħin biex in-nies jieħdu ħsieb aktar il-ġilda tagħhom. 

    Leila Chirayath twieldet f’Ottubru 1982 f’Lewiston New York, qrib tan-Niagara Falls. Missierha, Sahadev Chirayath kien inġinier, filwaqt li ommha Martine Janah kellha diversi xogħlijiet. Kien madwar għaxar snin ilu li Leila bdiet tuża l-kunjom ta’ ommha għal użu professjonali. 

    Ix-xewqa ta’ Leila li tgħin biex titjieb id-dinja ħadet spinta meta kienet għadha l-iskola u ngħaqdet mal-Unjin Amerikana għal-Libertajit Ċivili. Imbagħad meta kibret aktar, kienet marret il-Ghana bħala parti minn ġemellaġġ internazzjonali tal-istudenti biex tgħallem lil tfal għomja. Waqt li kienet hemm hi tgħallem il-lingwaġġ tal-Braille. F’intervisti li kienu sarulha, hi kienet stqarret li qatt ma esperjenza xi ħaġa simili għall-faqar li rat hemm u dan għenha biex tifhem il-faqar ikisser lin-nies. 

     

    Wara li ggradwat minn Harvard fl-2004, Janah kienet taħdem bħala konsulent maniġerjali ma’ kumpanija fi New York. Aktar tard hi saret direttriċi u fundatriċi tal-Incentives for Global Health, li tiżviluppa soluzzjonijiet finanzjarji għal problemi tas-saħħa. Ħadmet ukoll mal-grupp tar-riċerka għall-iżvilupp tal-Bank Dinji. 

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook