Is-St Paul Metropolitan Orchestra se tiftaħ il-kalendarju mużikali ta’ din is-sena bil-kunċert The Magic of Dreams

  • Jan 31, 2020 18:59
  • Miktub minn iNews

    Is-St Paul Metropolitan Orchestra se tiftaħ il-kalendarju mużikali ta’ din is-sena bil-kunċert The Magic of Dreams. Dan ser jittela’f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi nhar is-Sibt, 1 ta’ Frar.

    Dan il-kunċert jikkonsisti f’biċċiet minn animated classics li fih se jipparteċipaw is-St Monica Vocal Ensemble u Stagecoach Malta Children’s Choir.

    Id-dħul kollu minn dan il-kunċert ser imur b’riżq il-HopeXchange Medical Centre fil-Ghana. Vanni Pulè, Malta’s Man of Magic ser ikun qed jippreżenta din is-serata tal-ħolm. Sittin mużiċist taħt it-tmexxija tal-Kavallier Mro Mark Agius ser ikunu akkumpanjati mis-soprano Karen Gatt Darmenia u Frances Catherine Farrugia, mit-tenur Mark Edward Mifsud u l-baritonu Louis Andrew Cassar flimkien ma’ żewġ artisiti mistiedna Kelsey Carabott u Alison Ellul.

    Iż-żewġ appuntamenti mużikali li jkun imiss huma nhar is-Sibt 29 ta’ Frar fil-foyer tal-Isptar Mater Dei b’Recital of Popular Classics.

    Sfida mużikali li ser tkun qed tidħol għaliha s-St Paul Metropolitan Orchestra hija l-Mass for Peace – Lullaby for Birkenau bħala kommemorazzjoni tas-75 anniversarju mill-ħelsien ta’ Auschwitz. Bil-kompożizzjoni ta’ Mro Mark Agius u bil-patroċinju tal-ET il-President ta’ Malta Dr George Vella, dan ix-xogħol ser jittella’ għall-ewwel darba nhar il-21 ta’ Marzu fil-Katidral tal-Imdina. Id-dħul ser ikun b’risq il-Malta Community Chest Fund.

    Aktar informazzjoni tinkiseb minn www.medinafoundationformusic.com jew minn admin@medinafoundationformusic.com

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook