L-anzjani fil-komunità jitilfu nofs is-'social workers'

  • Jan 29, 2020 20:28
  • Miktub minn iNews

    Rapport li l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali għamel dwar is-servizzi li jingħataw lill-anzjani fil-kommunita sab li dawn spiċċaw tilfu nofs is-'social workers' li kienu jgħinuhom u li ma ġewx provduti 5,684 siegħa ta' għajnuna fi djarhom.

    Ir-rapport, li l-Awditur Ġnerali Charles Deguara għadda lill-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia fis-seduta tal-Erbgħa, investiga 18-il servizz li kienet toffri l-AACC (Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità) u iffoka fuq l-andament tas-'social work', is-servizz tal-infermiera u assistenza medika d-dar, il-Meals on Wheels u l-Home Help matul l-2018. 

    Waqt li jirrikonoxxi l-benefiċċji sostanzjali ta’ dawn is-servizzi, ir-rapport jikkonkludi li mhux dejjem kien hemm bilanċ bejn id-domanda li qiegħda dejjem tikber u l-aspettazzjoni tal-klijenti mal-livell adegwat ta’ riżorsi kemm fl-AACC kif ukoll għand il-kuntratturi li jagħtu dawn is-servizzi tant li kien hemm drabi fejn l-implimentazzjoni tal-kuntratti ma kinitx skont il-klawsoli kuntrattwali.

    Mir-rapport joħroġ li matul l-2018 it-tnaqqis ta’ madwar 50% fin-numru ta’ 'social workers' ħoloq impatt negattiv fuq l-operat tal-AACC. Dak iż-żmien is-'social workers' kienu qed iqattgħu ħafna aktar ħin fuq xogħol amministrattiv relatat mal-każijiet, kif ukoll xogħol biex isegwu l-każijiet, milli fuq xogħol li jinvolvi kuntatt dirett mal-klijenti. 

    Minbarra hekk is-Social Work Unit ma żammx informazzjoni dettaljata biżżejjed fuq il-każijiet bil-konsegwenza li dawn ma kinux qed jiġu immaniġġjati bl-aktar mod effettiv.

    Ir-rapport sab li n-nefqa totali tal-AACC fuq is-servizz tal-infermiera u assistenza medika d-dar telgħet għal aktar minn €7 miljun u jgħid li r-rati kuntrattwali ta’ dan il-ftehim żdiedu sostanzjalment wara l-bidla fil-fornituri tas-servizz fl-2015. 

    L-Awditur Ġnerali jgħid li dan il-kuntratt għadu effettiv minkejja li t-termini ta’ approvazzjoni tad-Dipartiment tal-Kuntratti kienu jistipulaw li wara l-proċeduri negozjati kellu jkun hemm sejħa kompettitiva għall-offerti. 

    Fl-istess waqt sab li s-sodisfazzjon tal-klijenti ta’ dawn is-servizzi kienet għolja ħafna bil-ftit ilmenti kienu fuq il-puntwalità tas-servizz, il-ħin disponibbli għall-pazjenti, diffikultajiet minħabba l-lingwa f’każ li s-servizz ikun qed jingħata minn persuni barranin u l-ħiliet interpersonali ta’ xi wħud mill-ħaddiema.

    Dwar il-Meals on Wheels ir-rapport jgħid li l-prezz ta’ €4.20 għal kull ikla, li minnhom €2 huma issussidjati mill-Gvern, huwa meqjus bħala wieħed raġonevoli għalkemm xi klijenti ħassewhom frustrati minħabba ħinijiet mhux konvenjenti tat-tqassim tal-ikel u kunsinni żbaljati. 

    Hawnhekk innota li bħala miżura temporanja f’Novembru tal-2019 l-AACC iffirmat addendumgħall-kuntratt sabiex it-tqassim tal-ikel ikun iffaċilitat. Din l-inizjattiva hija stmata li se tiġi tiswa lill-Gvern madwar €95,000 fis-sena.

    L-Awditur isemmi wkoll kif in-nuqqas tal-kuntrattur li jingaġġa aktar 'helpers' kif stipulat fl-obbligi kuntrattwali tal-Home Help wasslet sabiex ikun hemm aktar minn 5,684-il siegħa ta’ servizzi mhux ipprovduti bl-ilmenti tal-klijenti dwar il-helpers jinkludu n-nuqqas ta’ puntwalità, żjarat qosra u mġieba mhux mixtieqa u prattiki mhux iġeniċi ta’ wħud minnhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0