Deputat jissuġġerixxi veto fuq applikazzjonijiet ODZ

  • Jan 29, 2020 19:55
  • Miktub minn iNews

    Id-deputat Godfrey Farrugia iddikjara li wasal iż-żmien li l-Awtorita għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tingħata l-veto fuq applikazzjonijiet f'zoni barra l-iżvilupp (ODZ) u f'siti ta' Natura 2000.

    Huwa iddikjara dan fis-seduta parlamentari li matulha kompla jiġi diskuss l-abbozz ta' liġi li jimplimenta l-miżuri tal-estimi tal-Baġit 2020.

    Id-deputat elett f'isem il-Partit Demokratiku enfasizza fuq il-ħtieġa li jitħares l-ambjent u kien f'dan l-isfond li nsista li l-awtorita responsabbli mill-ambjent ikollha l-aħħar kelma fuq proġetti barra z-zona tal-iżvilupp.

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Indafa Pubblika Deo Debattista semma kif fil-preżent hawn 200 pazjent li qed jieħdu kannabis mediċinali.

    Waqt li kien qed jitkellem fl-istess seduta huwa elenka x-xogħol li qed isir fil-qasam tal-mediċini u d-disponibilita tagħhom għall-konsumatur.

    Debattista tkellem ukoll dwar it-tindif u l-ħidma li qed issir biex pajjiżna jinżamm nadif u l-miżuri ta' deterrent, fosthom is-CCTV cameras, biex jiġi indirizzat l-abbuż.

    Il-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni dwar it-turiżmu Robert Arrigo iddikjara fil-Parlament li s-settur ma jafx fejn qiegħed.

    Huwa kellu kliem ta' kritika għall-kuntratt ta' konsulenza li l-eks-Ministru Konrad Mizzi ngħata mill-Awtorita tat-Turiżmu.

    Il-Viċi-Kap tal-PN sostna b'ton ironiku li misshom id-deputati Nazzjonalisti jirriżenjaw u jsiru konsulenti għax ikun jaqblilhom kif ġara lil Mizzi.

    Id-deputat Nazzjonalist Kevin Cutajar insista li l-Ministeru t'Għawdex irid ikun iffukat fuq l-isfidi li qed tiffaċċja l-gżira.

    Huwa rrimarka dan fl-isfond tad-deċiżjoni tal-Gvern li l-Ministeru għal Għawdex ikollu taħtu lit-taqsima li tieħu ħsieb l-infurzar tal-liġijiet relatati mal-kaċċa u l-insib.

    Cutajar appella wkoll lill-Prim Ministru Robert Abela biex jippubblika l-kuntratti tal-bejgħ tat-tliet sptarijiet fosthom dak ġenerali t'Għawdex u anke sostna li jara l-lok tal-ħames vapur bejn iż-żewġ gżejjer.

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Artijiet u l-Kostruzzjoni Chris Agius tkellem dwar l-iskemi tal-Gvern li bihom qed jiġu mgħejjuna nies biex jixtru l-proprjeta jew biex jirranġaw dak li għandhom.

    Huwa irrefera wkoll għax-xogħol ta' infrastruttura li għaddej fil-pajjiż, fosthom fin-naħa t'isfel ta' Malta, u sostna li minkejja li l-ħidma se tikkawża xi ftit jew wisq tal-inkonvenjent dan għandu jwassal għal toroq aħjar.

    Il-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni dwar is-saħħa, Stephen Spiteri, ikkritika l-kuntratt għall-bejgħ tat-tliet sptarijiet lill-privat u lmenta mhux biss min-nuqqas ta' trasparenza imma anke għax l-investiment li kellu jsir ma sarx.

    Huwa nsista li l-Gvern għandu jieħu lura lill-isptarijiet San Luqa, Karin Grech u dak ġenerali t'Għawdex għax il-kumpanija li ħadithom ma mxietx mal-obbligi tagħha.

    Id-deputat Laburista Jean Claude Micallef semma kif il-baġits tal-Gvern Laburista fl-aħħar snin wasslu biex taw spinta lill-ekonomija u llum qed ngħixu s-suċċess li ġabet magħha l-viżjoni tal-istess Gvern.

    Huwa żied li daqskemm huwa pro-attiv il-Baġit 2020 huwa wieħed sensittiv għax qed jgħin lill-iktar persuni vulnerabbli fis-soċjeta u saħaq li b'din il-qagħda ekonomika l-poplu u l-pajjiż għandu jkompli jiżviluppa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0