FILMAT: L-awtoritajiet tas-saħħa qed jarmaw 'units' appost barra l-Isptar Mater Dei f'każ li l-virus jidħol Malta

  • Jan 29, 2020 16:07
  • Miktub minn iNews

    L-awtoritajiet tas-saħħa mhux biss qed jaraw li jsir 'screening' ta' dawk li jiġu minn barra u jistgħu possibilment kienu f'zoni fejn il-Coronavirus għadda minn persuna għal oħra imma qed jarmaw 'units' appost barra l-Isptar Mater Dei u anke fih f'każ li l-virus jidħol Malta.

    Dettalji dwar l-aħħar preparamenti ngħataw mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fil-preżenza, fost oħrajn, tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Profs. Charmaine Gauci kif ukoll uffiċjali oħra tas-saħħa.

    Waqt li għamilha ċara li s'issa ma kien reġistrat ebda każ ta' dan il-virus f'pajjiżna, Fearne spjega kif qed isir 'screening' mal-ajruport għal persuni li jkunu ġejjin fuq titjiriet minn postijiet fejn il-virus inxtered bejn il-persuni.

    Huwa semma kif fl-ajruport hemm zona ta' iżolament biex f'każ li jkun hemm persuna suspettata li għandha l-virus tinżamm sakemm isirulha t-testijiet bir-riżultat joħroġ f'sagħtejn.

    Jekk jinstab li l-persuna għandha l-virus tinżamm hemm u jsir test ieħor fid-dettall li jista' jieħu sitt siegħat biex joħroġ ir-riżultat tiegħu.

    Fearne semma wkoll ix-xenarju ta' każ fejn persuna tkun id-dar u t-tabib tagħha jissuspetta li jista' għandha l-virus fejn f'dan il-każ hija tiġi iżolata fid-dar u jsirilha t-test.

    Il-Ministru għas-Saħħa qal li din il-ġimgħa se jintrama 'unit' barra l-Isptar Mater Dei bi 12-il sodda biex jilqa' fih persuni infettati bil-virus imma li ma jkunux f'qagħda kritika.

    Jekk il-persuna tkun f'qagħda kritika tiddaħħal fit-taqsima fl-isptar li tittratta l-infezzjonijiet l-iktar serji li se tara l-postijiet irduppjati biex tilqa' għal kull eventwalita.

    Fearne iddikjara wkoll li huma se jieħdu ħsieb ukoll il-paramediċi b'ilbies protettiv, maskri, ġagagi u ingwanti fejn minbarra li l-awtoritajiet tas-saħħa diġa għandhom mal-10,000 biċċa lbies protettiv hemm ordnati 160,000 biċċa oħra li għad iridu jaslu Malta.

    Il-Ministru tas-Saħħa iddikjara wkoll li kulħadd jista' jiekol ikel Ċiniż u żvela kif din kienet l-ikbar mistoqsija li sema waqt li fir-rigward ta' posta miċ-Ċina qal li jekk din tkun intbagħtet 48 siegħa jew aktar il-virus imut għax daqshekk idum jgħix barra mill-ġisem.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0