Il-president tal-MFA jiltaqa’ ma’ dak tal-UEFA

  • Jan 29, 2020 16:00
  • Miktub minn iNews

    Nhar it-Tlieta li għadda, il-president tal-MFA, Bjorn Vassallo, iltaqa’ mal-President tal-UEFA, Aleksander Ceferin fil-kwartieri ġenerali tal-UEFA, f’Nyon, l-Isvizzera. Din il-laqgħa segwiet invit minn Ceferin li kkongratula lil Bjorn Vassallo għall-elezzjoni tiegħu bħala president tal-MFA, f’Lulju li għadda.

    F’din il-laqgħa ġew diskussi diversi suġġetti ta’ interess reċiproku bejn iż-żewġ naħat, bis-Sur Vassallo jenfasizza l-prijoritajiet tal-MFA u proġetti prinċipali, partikolarment, ir-ristrutturar tas-settur tekniku, li qed jiġi mmexxi mill-Assoċjazzjoni Maltija.

    Matul din il-laqgħa mal-President tal- UEFA, is-Sur Vassallo tkellem ukoll rigward il-proċess kontinwu li jiġi mfassal dokument strateġiku bbażat fuq il-programm li ġie ratifikat mill-Kumitat Eżekuttiv tal-MFA wara l-elezzjoni, is-sena li għaddiet.

    Dan l-eżerċizzju importanti, li huwa sponsorjat mill-UEFA bħala parti mill-programm tagħha GROW, jinkludi konsultazzjoni interna u esterna fuq l-objettivi prinċipali u proposti bil-għan li jkun hemm strateġija ċara u konċiża sa Ġunju 2020.

    Iż-żewġ presidenti qasmu wkoll fehmiet rigward l-inizjattiva meħuda minn assoċjazzjonijiet nazzjonali Ewropej żgħar biex jinħoloq forum fejn materji tekniċi ta’ interess komuni biex ikunu jistgħu jiġu diskussi mal-UEFA. L-MFA hija waħda mill-promoturi ewlenin ta’ din l-inizjattiva.

    Intant, matul iż-żjara fil-kwartieri ġenerali tal-UEFA, is-Sur Vassallo u s-Segretarju Ġe­­nerali tal-MFA, Angelo Chetcuti, kel­lhom laqgħat oħra li ffukaw fuq prijoritajiet tematiċi f’dak li għandu x’jaqsam liċenzjar tal-clubs u żvilupp kummerċjali.

    Dan filwaqt li saru wkoll laqgħat bilaterali mas-Segretarju Ġenerali tal-UEFA, Theodore Theodoridis u d-Deputat Segretarju Ġenerali u d-Direttur tal-kompetizzjonijiet tal-UEFA, Giorgio Marchetti.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0