Tfajla tirrakkonta kif missierha stupraha erba' darbiet kuljum għal tmien snin sħaħ … Tgħid li nqabdet tqila minnu tliet darbiet

  • Jan 29, 2020 13:49
  • Miktub minn iNews

    F’każ xokkanti fl-Ingilterra, studenta ta’ 19-il sena li kienet stuprata erba’ darbiet kuljum għal tmien snin sħaħ minn missierha, illum qalet li trid li huwa jitressaq il-Qorti biex jiġi mixli bil-qtil tat-tarbija li kienet qed iġġorr f’ġufha.

    Shannon Clifton, li korriet mit-tqala wara li qalgħet daqqa ta’ sieq fl-istonklu tagħha, trid li l-Pulizija Brittanika tfittex fil-ġnien tar-residenza fejn kienet toqgħod fil-belt ta’ Derby, minħabba li taħseb li missierha Shane difen lit-tarbija proprju hemm.

    Kaġun tal-abbużi sesswali li kienet issofri Shannon kellha tarbija oħra minn missierha, li llum qed jiskonta sentenza ta’ mill-inqas 10 snin priġunerija qabel ma jkun eliġibbli biex jinħeles qabel iż-żmien.

    It-tfajla madankollu qed tisħaq li missierha seta’ difen il-fetu tat-tarbija tagħha meta kellha 11-il sena wara li ġara saħqet li kienet ratu jħaffer ħofra fil-ġnien.

    F’kummenti li għaddiet lill-BBC, it-tfajla qalet li prattikalment hija sfat imsawta sakemm korriet. “Tlift it-tarbija u kważi mitt,” sostniet Shannon.

    Hija żiedet tgħid li kienet inqabdet tqila xejn iinqas minn tliet darbiet kaġun tal-abbużi sesswali minn missierha, fejn korriet meta kellha 11 u 12-il sena qabel ma eventwalment welldet lil binha meta kellha 14-il sena.

    F’April tal-2015, Shane kien ngħata sentenza ta’ mill-inqas 15-il sena priġunerija, madankollu din tnaqqset għal minimu ta’ 10 snin wara li appella mis-sentenza.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook