Iċ-Ċina tbassar meta se jintlaħaq l-ogħla punt tal-epidemija tal-coronavirus

  • Jan 29, 2020 11:54
  • Miktub minn iNews

    Zhong Nanshan, il-kap ta’ kummissjoni esperta fi ħdan il-Kumitat Ċiniż għas-Saħħa tal-Istat, qal li l-epidemija tal-coronavirus taf tilħaq l-ogħla punt tagħha fi żmien ġimgħa jew għaxart ijiem.

    “Huwa diffiċli ħafna li wieħed jistma meta l-epidemija se tkun qed tilħaq l-ogħla punt tagħha. Madankollu naħseb li din se tintlaħaq fi żmien ġimgħa jew għaxart ijiem, u eventwalment ma jkunx hemm żidiet kbar,” saħaq Nanshan.

    Skont l-aħħar statistika, l-epidemija ħalliet aktar mal-131 persuna mejtin, b’aktar minn 6,000 persuna oħra tiġi infettata.

    L-ewwel każi marbutin mat-tip ġdid ta’ coronavirus – 2019-nCoV – kienu rapportati lejn l-aħħar ta’ Diċembru tas-sena li għaddiet fil-belt ta’ Wuhan. Esperti stabbilixxew li s-sors tal-infezzjoni kienet ġejja mill-annimali li kienu qed jinbiegħu f’suq lokali. Dawn l-esperti mediċi qed jaħsbu li aktarx l-infezzjoni hija ‘hybrid’ ta’ marda li dehret l-ewwel darba fi sriep u friefet il-lejl madwar sentejn ilu, madankollu kienet trasferita għall-bniedem issa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook