Sorsi legali b'dubji dwar etika u kunflitt ta' interess ta' Carm Mifsud Bonnici wara li żewġt irġiel ma jinstabux ħatja ta' serqa

  • Jan 29, 2020 11:10
  • Miktub minn iNews

    Filwaqt li diġà ntqal ħafna mill-perspettiva legali fir-rigward tal-każ fejn żewġt irġiel ma nstabux ħatja ta’ serq ta’ karozza fl-2005 – minkejja l-ammissjoni tal-involviment tagħhom f’dan ir-reat – sorsi legali li tkellmu ma’ dan is-sit staqsew l-etika tal-avukat Carmelo Mifsud Bonnici, li bbenefika minn sitwazzjoni li dwarha ma kien ħa l-ebda azzjoni meta serva bħala Ministru għall-Ġustizzja fi żmien Gvern Nazzjonalista. Saħansitra l-istess sorsi legali staqsew jekk jagħtix il-lok li tali ċirkostanza tistax titqies bħala kunflitt ta’ interess.

    Aktar kmieni din il-ġimgħa ż-żewġt irġiel inkwistjoni ma nstabux wara ħatja 15-il sena, hekk kif il-Qorti għall-Appelli Kriminali qieset bħala inammissibbli l-istqarrijiet tagħhom lill-pulizija dwar is-serqa ta’ karozza tat-tip BMW minn garaxx ta’ importatur tal-karozzi. Dan wara li l-istqarrijiet tagħhom saru mingħajr ma ngħataw aċċess għal parir legali qabel l-interrogazzjoni.

    U proprju dwar dan, fl-istadju tal-appell, il-Qorti preseduta mill-Imħallef Edwina Grima għamlet referenza għall-każ “Farrugia vs Malta” ta’ Ġunju tal-2019, li kien instema’ fil-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, fejn kien ġie deċiż li ċ-ċaħda għal aċċess għal parir legali qabel l-interrogazzjoni kienet irriżultat fi ksur għal smigħ ġust.

    Liġi li stabbilixxiet dan id-dritt lil persuni miżmumin għal interrogazzjoni kienet ġiet approvata mill-Parlament fl-2002, madankollu fuq l-ixkaffa għal tmien snin sħaħ, u daħlet fis-seħħ biss wara deċiżjoni ta’ kawża kostituzzjonali.

    Intant minkejja li fl-2003 Carmelo Mifsud Bonnici kien qed iservi bħala segretarju parlamentari fil-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern, huwa kien promoss bħala Ministru għall-Ġustizzja wara l-elezzjoni ġenerali tal-2008.

    Tul dawn is-snin Mifsud Bonnici dejjem esprima lilu nnifsu favorevoli għad-deċiżjonijet tal-Gvern Nazzjonalista li ma jdaħħalx fis-seħħ dan id-dritt fundamentali. 

    Madankollu dawn is-snin kollha wara ra lill-istess Mifsud Bonnici, din id-darba bħala l-Avukat Difensur tal-appellanti, jieħu vantaġġ mill-pożizzjoni tiegħu kontra li jintroduċi dan id-dritt tul is-snin li serva bħala segretarju parlamentari u sussegwentement bħala ministru, biex jikseb il-ħelsien lill-klijenti li kien qed jirrappreżenta.

    “Huwa għaldaqstant ironiku li l-Avukat Mifsud Bonnici talab lill-Qorti biex tikkundanna l-istqarrijiet tal-appellanti li kien qed jirrappreżenta, meta bid-deċiżjoni tagħha – li l-istqarrijiet tal-irġiel saru bi ksur ta’ dritt fundamentali tagħhom – il-Qorti kkundannat direttament in-nuqqasijiet tal-operat tiegħu fil-perjodu meta kien qed iservi l-ewwel bħala Segretarju Parlamentari u sussegwentement bħala Ministru għall-Ġustizzja,” qalulna s-sorsi legali.

    “Il-mistoqsija tiġi waħedha … kemm huwa etiku li fl-aħħar mill-aħħar bħala avukat, Carmelo Mifsud Bonnici gawda minn deċiżjonijiet li huwa stess dejjem baqa’ ħadd ma implimenta.” Is-sorsi legali żiedu jgħidulna li proprju minħabba din in-nuqqas ta’ deċiżjoni kienu bosta ċ-ċirkostanzi fejn il-Pulizija raw każi mressqin minnhom mhux imwaqqgħin fuq din il-bażi legali fil-Qrati tagħna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook