Kantanta tisħaq li tinsab “diżgustata u diżappuntata” b'deċiżjoni tal-Qorti li naqqset is-sentenza ta' ħabs lill-aggressur tagħha

  • Jan 29, 2020 10:54
  • Miktub minn iNews

    Kantanta lokali kellha kliem iebes għas-sistema ġudizzjarja ta’ pajjiżna wara li lbieraħ Libjan li s-sena li għaddiet kien ikkundannat tliet snin ħabs wara li nstab li serqilha handbag, bi vjolenza, waqt li kienet Paceville, kellu s-sentenza tiegħu mnaqqsa.

    Filwaqt li qalet li tinsab “diżgustata, u diżappuntata” mid-deċiżjoni, f’kummenti fuq il-midja soċjali Mikaela Attard qalet li kaġun tal-attakk li sofriet mill-appellant, hija sofriet diversi problemi ta’ saħħa, anke ta’ natura psikoliġika. 

    Intant quddiem il-Qorti Kriminali Munir Mohamed Ali Gammudi kien ġie mixli li fit-18 ta' Frar 2018, għall-ħabta tal-1.00 p.m. f'San Ġiljan, ipprova joqtol jew iqiegħed il-ħajja ta' Attard fil-periklu.

    Huwa kien mixli wkoll li serqilha l-handbag, li kellu strument li jaqta' u bil-ponta u li kiser sentenzi ta' żewġ maġistrati.
    Intant fil-Qorti tal-Appell Kriminali, Gammudi qal li huwa kellu problemi psikoloġiċi. Apparti dan saħaq li s-sentenza li ngħatatlu kienet waħda eċċessiva.

    Il-Qorti, preseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, filwaqt li kkonfermat li s-serq tal-handbag kien aggravat minn vjolenza, ikkonkludiet li l-Prosekuzzjoni ma kinitix ressqet evidenza tal-valur tal-oġġetti li kienu fil-handbag tal-kantanta.

    Il-Qorti qalet ukoll li nnoutat inkonsistenzi fix-xhieda ta’ Attard, u li ma tistax tibbaża lilha nfisha fuq suppożizzjonijiet.

    Għaldaqstant il-Qorti filwaqt li kkonfermat il-kundanna għal serq aggravat bi vjolenza, naqqset il-piena minn tliet snin għal 18-il xahar priġunerija, li minnhom irid jitnaqqas il-perjodu li Gammudi kien inżamm taħt arrest preventiv.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook