Esperti jikkonfermaw minn fejn oriġina l-coronavirus

  • Jan 27, 2020 19:50
  • Miktub minn iNews

    Esperti kkonfermaw li l-coronavirus oriġina mis-suq tal-annimali fil-belt ta’ Wuhan. Dan kien indikat f’rapport.

    Xjentisti fi ħdan iċ-Ċentru Ċiniż għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard qalu li testijiet juru li l-marda, li turi sintomi bħall-pnuemonia, ixxerrdet mill-annimali għall-bnedmin fil-Huanen Seafood Wholesales Market.

    Is-suq – li ngħalaq u li kien magħruf li jbigħ frieħ ta’ lpup, firien, u anke paguni – preċedentement kien rapportat bħala li kien l-epiċentru tal-marda.

    Il-marda s’issa ħalliet mill-inqas 80 persuna mejta, filwaqt li infettat aktar minn 2,700 persuna oħra.

    Intant l-awtoritajiet Ċiniżi lbieraħ temporanjament waqqfu l-bejgħ ta’ annimali selvatiċi u wiegħdu li “jinvestigaw u jikkastigaw b’mod aħrax” lil kull min jikser din l-ordni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook