Imut il-leġġenda Amerikan tal-basketball Kobe Bryant … Miet flimkien ma' erbgħa oħra meta ġġarraf ħelikopter

  • Jan 26, 2020 21:00
  • Miktub minn iNews

    Il-leġġenda Amerikana tal-basketball kobe Bryant miet meta l-ħelikopter li kien fuqu ġġarraf f’Kalifornja. Bryant kien qed jivvjaġġa f’ħelikopter privat meta dan inħakem minn nirien fuq il-belt ta’ Calabasas.

    Il-Pulizija intant ikkonfermat li ħames persuni tilfu ħajjithom meta ħelikopter iġġarraf f’Calabasas.

    Madankollu ma ppubblikatx mill-ewwel l-ismijiet tal-vittmi.

    Kien is-sit TMZ li l-ewwel ippubblika r-rapport dwar il-mewt ta’ Bryant, bis-sit jikkwota xhieda jgħidu li semgħu l-ħelikopter bħal jesperjenza problemi fil-magna qabel ma ġġarraf.

    Il-kawża tal-inċident qed tiġi investigata.

    Bryant, li kellu 41 sena, lagħab il-karriera sħiħa tiegħu – mifruxa fuq perjodu ta’ 20 sena – mat-tim ta’ Los Angeles Lakers. Huwa rtira fl-2016. Huwa rebaħ il-kampjonat NBA għal ħames darbiet. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0