HSBC Malta jiżvela l-pjanijiet għal ftuħ ta’ fergħa innovattiva f’Ħal Qormi

  • Jan 26, 2020 14:21
  • Miktub minn iNews

    Il-Bank HSBC Malta żvelat pjanijiet għal ftuħ ta’ fergħa innovattiva. Il-fergħa li tinsab fi Triq il-Mitħna u li għandha tinfetaħ fl-2020, se tlaqqa’ flimkien is-servizzi personali u tan-negozju tal-bank kollha filwaqt li tipprovdi esperjenza ġdida u mingħajr paragunlill-konsumatur. 

    Il-fergħa innovattiva ta’ HSBC Malta ser tkun fil-fatt fost l-ewwel fergħat ta' ġenerazzjoni ġdida li l-Grupp HSBC qed jiftaħ fuq skala globali billi jiddefinixxi mill-ġdid il-mod kif jimpenja ruħu mal-klijenti biex jissodisfa l-ħtiġijiet tagħhom li kull ma jmur dejjem qed jevolvu. L-enfasi għalhekk qed tkun fuq aktar servizzi diġitali u fuq għajnuna personali mfassla apposta u pariri mill-impjegati tal-fergħa.

    Imqassam fuq tliet sulari, il-fergħa innovattiva ta’ HSBC se tilqa' klijenti fl-ewwel livell, b'żona ta’ akkoljenza b’tema ta' esplorazzjoni u skoperta. Hawnhekk, il-klijenti se jkunu jistgħu jagħmlu użu mis-servizzi diġitali ta’ HSBC permezz ta’ apparati mqabbad mas-sistema tal-bank, ATMs u magni tad-depożiti, jew jitolbu parir mit-tim dwar il-ħtiġijiet bankarji personali tagħhom. It-tieni sular se jkun fih kmamar għal laqgħat privati fejn il-klijenti jistgħu jiddiskutu l-ħtiġijiet personali u tan-negozju tagħhom ma’ konsulenti speċjalizzati. It-tielet sular se joffri lill-klijenti Premier ta’ HSBC żona VIP b'faċilitajiet u servizzi speċifiċi.

    Andrew Beane, il-Kap Eżekuttiv, qal “F'Ottubru ħabbarna l-immodernizzar tan-netwerk tal-fergħat tagħna għal mudell fejn fih inqas fergħat imma li joffru aktar servizzi u flessibilità. Fl-istess waqt varajna soluzzjonijiet diġitali aġġornati fuq l-internet u mobile fejn qed inkomplu naraw tkabbir mgħaġġel fl-użu. Kuntent li qed niżvela l-pjanijiet għall-akbar fergħa tagħna f'Malta li se niftħu aktar tard din is-sena. Il-fergħa innovattiva ta’ HSBC tirrappreżenta l-viżjoni tagħna għall-futur tal-fergħa bankarja u ninsab ħerqan biex nistiednu lill-klijenti tagħna biex jesperjenzawha fi żmien qasir.” 

    Dan Robinson, il-Kap ta’ Retail Banking u Wealth Management qal, “Il-fergħa innovattiva tagħna f'Ħal Qormi se tkun fost tal-ewwel fil-Grupp HSBC li toffri l-kunċett il-ġdid tagħna fil-fergħa bankarja. B’aċċess faċli u b’ħafna faċilitajiet ta’ parkeġġ, kemm il-klijenti personali kif ukoll dawk tan-negozju se jkunu jistgħu jaqdu l-bżonnijiet bankarji kollha tagħhom f’post wieħed f’ambjent modern u li jilqak.” 

    Mat-twaqqif tal-fergħa innovattiva tiegħu, HSBC qed jinvesti wkoll f'materjali u teknoloġija sostenibbli biex jimminimizza l-impront tal-karbonju ġġenerat mill-bini. Il-fergħa l-ġdida ta’ Ħal Qormi, f'konformità mal-politika tal-bank relatata mal-bini qed tieħu miżuri favur l-ambjent use tkun mgħammra b'inizjattivi li jiffrankaw l-enerġija fosthom dawl LED ikkontrollat li jixgħel biss fil-preżenza tan-nies, film solari li jnaqqas is-sħana, u pannelli fotovoltajċi għall-ġenerazzjoni tal-elettriku. Barra minn hekk, il-bank se jkun qed juża wkoll żewġ solar powered charging points li jiċċarġjaw il-karozzi tal-klijenti barra l-fergħa. Il-konsum tal-ilma għandu jitnaqqas b'apparat li jżomm il-konsum tal-ilma baxx. Dawn il-miżuri kollha huma konformi mal-istrateġija globali għas-sostenibbiltà korporattiva tal-HSBC, li stabbilixxiet għadd ta’ miri dwar l-emissjonijiet u suġġetti ambjentali ewlenin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook